Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 16/03/2017

Reġistrazzjoni u taxxi tal-karozzi

Żjarat temporanji

Jekk iżżomm ir-residenza normali tiegħek fl-istat membru tiegħek imma toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE għal anqas minn 6 xhur, ma għandekx għalfejn tirreġistra l-karozza jew tħallas kwalunkwe reġistrazzjoni hemm - hi se tibqa' rreġistrata f'pajjiżek. Madankollu tista' tkun mitlub biex tħallas taxxi oħrajn relatati mal- użu tal-karozza tiegħek f'dak il-pajjiż (taxxi ta' ċirkulazzjoni).

Jekk qed toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE għal anqas minn 6 xhur u ma rreġistrajtx il-karozza hemm, ma tistax legalment tislef jew tikri l-karozza tiegħek lil xi resident ta' dak il-pajjiz. Dan ikun jista' jsuqha biss jekk ikun hemm int miegħu fil-karozza.

Tista', madankollu, tislef il-karozza lill-ħbieb u lill-qraba li jżuruk - bil-kundizzjoni li ma jkunux residenti tal-pajjiż il-ġdid.

Jekk qed tippjana li toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE għal aktar minn 6 xhur, għandek tibdel ir-residenza tiegħek għal dan il-pajjiż u trid tirreġistra l-karozza tiegħek hemm mingħajr telf ta' żmien.

Se tiċċaqlaq minn pajjiżek

Jekk tmur toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE (jekk għandek l-intenzjoni li toqgħod hemm għal aktar minn 6 xhur) u tieħu l-karozza miegħek, ikollok tirreġistraha u tħallsilha kwalunkwe tariffa jew taxxa rilevanti fil-pajjiż il-ġdid.

Jeħtieġlek tirreġistra l-karozza tiegħek mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data tal-wasla tiegħek. Jeħtieġlek tiċċekkja wkoll x' dokumenti u formalitajiet se jkunu meħtieġa bħala evidenza biex tirreġistra l-karozza tiegħek.

F'xi pajjiżi jista' jkollok eżenzjoni tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozza tiegħek meta tmur hemm minn pajjiż ieħor fl-UE, jekk tissodisfa ċerti kundizzjonijiet u skadenzi. Qabel titlaq lejn il-pajjiż il-ġdid tiegħek, iċċekkja r- regoli nazzjonali applikabbli hemm.

Storja bħala eżempju

Iffranka l-flus billi tkun taf ir-regoli minn qabel!

Cristina minn Spanja sabet taħdem fil-Portugall u marret tgħix hemm. Ma kinetx taf dwar l-iskadenza ta' 6 xhur u marret tirreġistra l-karozza tagħha wara li kienet ilha 8 xhur fil-Portugall.

Informawha li, kieku rreġistrat il-karozza qabel, ma kienx ikollha għalfejn tħallas it-taxxi tar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, fil-Portugall l-iskadenza ta' 6 xhur tibda tgħodd mill-mument meta tħalli pajjiżek, mhux mill-mument meta tasal.

 

Eċċezzjonijiet għar-reġistrazzjoni obbligatorja wara 6 xhur

Studenti

Jekk qed toqgħod f'pajjiż ieħor u l-unika raġuni hi biss li qiegħed hemm biex tistudja, tista' ssuq il-karozza mingħajr ma toqgħod tirreġistraha jew tħallas it-taxxi hemm sakemm iddum marbut ma' stabbiliment edukattiv f'dak il-pajjiż. Iżda jekk bħala student tibda taħdem matul ir-residenza tiegħek hemm, għandek tirreġistra l-karozza tiegħek f'dan il-pajjiż.

Qabel ma tħalli l-pajjiż ta' oriġini tiegħek għandek tiċċekkja r- regoli applikabbli fil-pajjiż li fih beħsiebek tistudja  jekk jeħtiġlekx timla kwalunkwe formalità amministrattiva (p.e. f'ċerti pajjiżi jeħtieġlek iġġib ċertifikat ta' reġistrazzjoni minn università/skola eċċ. li jeħtieġlek ikollok miegħek meta ssuq) jew tissodisfa kundizzjonijiet speċjali sabiex tevita problemi matul l-iċċekkjar mill-pulizija.

Japplikaw regoli speċjali fid-Danimarka fejn bħala student tal-UE trid tirreġistra l-karozza tiegħek sakemm ma tgħix hemm anqas minn 365 ġurnata tul perjodu ta' sentejn. F'dan il-każ tista' tapplika għal permess mingħand l-awtoritajiet Daniżi biex issuq il-karozza tiegħek irreġistrata f'pajjiż ieħor tal-UE.

Storja bħala eżempju

Mathieu hu Franċiż u qed jgħix il-Belġju fejn qed isegwi kors postgradwatorju ta' sentejn. Il-karozza ta' Mathieu kellha l-ħsara u hu mar għand il-pulizija biex jikseb rapport għall-assigurazzjoni. Meta l-pulizija skoprew li Mathieu kien ilu jgħix il-Belġju għal aktar minn sena mingħajr ma rreġistra l-karozza hemm, qalulu li s-sitwazzjoni tiegħu kienet irregolari u kellu jkun immultat.

Mathieu seta' juri li kien miktub fl-Università ta' Antwerp u li għalhekk, bħala student minn pajjiż ieħor tal-UE, ma kellux għalfejn iħallas taxxi tal-karozza jew tat-triq fil-Belġju.

Ħaddiema bejn il-pajjiżi

Inti ħaddiem bejn il-pajjiżi (impjegat jew għal rasek) jekk tkun taħdem fuq naħa waħda ta' fruntiera nazzjonali imma tgħix fuq in-naħa l-oħra, u tmur id-dar tal-anqas darba fil-ġimgħa.

Jekk tuża l-karozza tiegħek stess biex tivvjaġġa regolarment mill-pajjiż fejn tgħix għall-pajjiż fejn taħdem, trid tirreġistraha u tħallsilha t-taxxi fil-pajjiż fejn tgħix - iżda mhux fil-pajjiż fejn taħdem.

Jekk tuża karozza tal-kumpanija (irreġistrata fil-pajjiż fejn taħdem), tista' tużaha wkoll fil-pajjiż fejn tgħix mingħajr ma tirreġistraha hemm. Iċċekkja l-kundizzjonijiet differenti li japplikaw għall- użu tal-karozzi tal-kumpaniji fl-UE.

 

Għal aktar informazzjoni kemm dwar ir-reġistrazzjoni u t-taxxi tal-karozzi rilevanti kif ukoll links għal siti web ta' awtoritajiet nazzjonali ara:

Agħżel il-pajjiż
  • il-Litwanjaenlt
  • il-Lussemburgudeenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxiennl
  • il-Polonja *
  • il-Portugall *
  • il-Ġermanja *
  • in-Norveġja *
  • ir-Renju Uniten
  • ir-Repubblika Ċekacsen
  • ir-Rumanijaenro
  • is-Slovakkja *
  • is-Slovenja *
  • l-Awstrija *
  • l-Estonjaenet
  • l-Irlandaen
  • l-Islanda *
  • l-Isvezjaensv
  • l-Italjaenit
  • l-Ungerijaenhu
  • Ċipruelen

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri