Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 12/04/2017

Rikonoxximent u validità tal-liċenzji tas-sewqan

Liċenzji tas-sewqan tal-UE

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tinħareġ minn pajjiż tal-UE, hija rikonoxxuta madwar l-UE kollha u tista' tużaha sakemm:

  • hija valida
  • għandek l-età biex issuq vettura tal-kategorija ekwivalenti
  • mhix sospiża jew ristretta u ma ġietx rivokata fil-pajjiż tal-ħruġ.

Jekk tixtieq, tista' tibdilha ma' liċenzja tas-sewqan mill-pajjiż tal-UE fejn mort toqgħod. Iżda m'hemmx għalfejn tagħmel dan (ħlief fi ftit każijiet).

Format standard

Mid-19 ta' Jannar 2013, il- liċenzji tas-sewqan kollha ġodda maħruġa fl-UE se jkollhom format standard – kard tal-plastik, f'forma ta' kard tal-kreditu - b'ritratt, b'aspetti tas-sigurtà aħjar.

Xorta tista' tuża l- liċenzja eżistenti, iżda din se tinbidel fil- format il-ġdid meta tmur iġġeddidha (jew sa mhux aktar tard mill-2033).

Għandek liċenzja tas-sewqan għal ħajtek? Jekk iva, pajjiżek se jgħidlek meta tibdilha b'waħda ġdida.

Sir af aktar dwar il- liċenzja tas-sewqan unika tal-UEDeutschfrançaisбългарскиΕλληνικάčeštinaDanskEestisuomimagyaritalianoLatviešuLietuviųNederlandspolskiportuguêsromânăSlovenčinaSlovenščinaespañolsvenskaEnglish .

Hemm aktar minn 110 tipi ta' liċenzji tas-sewqan Ewropej validi fl-UE.

Sir af aktar dwar it-tip tal-liċenzja tiegħek, inkluż kif inhuma, l-aspetti tas-sigurtà tagħha, u l- intitolamenti u l- kategoriji ta' vetturi elenkati fiha.

Rikonoxximent reċiproku

Kemm jekk għandek il-format il-ġdid u kemm jekk għandek liċenzja qadima, il-liċenzji tas-sewqan tal-UE kollha huma rikonoxxuti mawdar l-UE.

Il- kategoriji AM, A1, A2, A, B, BE, B1, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE huma rikonoxxuti wkoll f'pajjiżi oħra tal-UE.

Għalhekk jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, normalment ma jkollokx tibdel il-liċenzja tiegħek.

Tista' ssuq fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bil-liċenzja li għandek bħalissa sakemm din tkun għadha valida.

Validità fil-pajjiżi tal-UE

10 snin 15-il sena
il-Belġju, Il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Italja, Spanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit l-Awstrija, Ċipru, il-Finlandja, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Greċja, Franza, il-Polonja, is-Slovakkja

Meta l-liċenzja tas-sewqan tiegħek tiskadi, għandek iġġeddidha fil-pajjiż fejn għandek ir- residenza normali .

Il-liċenzja l-ġdida tiegħek jista' jkollha perjodu ta' validità differenti u se tkun suġġetta għal kwalunkwe restrizzjonijiet /kundizzjonijiet li japplikaw fil-pajjiż ġdid tiegħek.

Liċenzji tas-sewqan proviżorji

Il-liċenzji proviżorji jew temporanji, permessi tas-sewqan internazzjonali (jew kwalunkwe ċertifikati maħruġa f'pajjiżek) jistgħu ma jkunux rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE.

Minħabba li dawn id-dokumenti jinħarġu biss f'ċerti pajjiżi, ma jaqgħux taħt ir-regoli l-ġodda tal-UE.

Rikonoxximent ta' liċenzji tas-sewqan tal-UE maħruġa minflok liċenzja mhux tal-UE

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġet biex tieħu post liċenzja mhux tal-UE, u tixtieq tmur f'pajjiż ieħor tal-UE bil-liċenzja mibdula tiegħek, ma tistax tassumi li l-liċenzja ġdida tiegħek se tkun rikonoxxuta hemmhekk. Dan jiddependi minn kull pajjiż tal-UE.

Trid tiċċekkja mal-awtoritajiet lokali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek liema huma l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-liċenzji mhux tal-UE.

Il-liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġitlek meta tajthom il-liċenzja mhux tal-UE ta' pajjiżek għandu jkollha kowd li jindika l-pajjiż fejn inħarġet oriġinarjament (eż. 70.0123456789.NL).

Ara r-regoli u l-informazzjoni kurrenti u/jew żur is-sit web tal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid tiegħek :

Agħżel il-pajjiż

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Storja bħala eżempju

Angeles hi Ċilena li marret tgħix Spanja ftit snin ilu. Peress li Spanja tirrikonoxxi l-liċenzji tas-sewqan Ċileni, Angeles setgħet tibdel il-liċenzja tagħha ma' waħda Spanjola wara ftit formalitajiet amministrattivi.

B'din il-liċenzja ġdida, Angeles tista' ssuq fl-UE kollha. Madankollu, jekk qatt tiddeċiedi li minn Spanja tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollha tiċċekkja mal-awtoritajiet hemmhekk jekk jirrikonoxxux il-liċenzja Spanjola tagħha.

Jekk il-pajjiż il-ġdid jirrikonoxxi awtomatikament l-liċenzja Ċilena oriġinali tagħha, tista' tkompli ssuq bil-liċenzja Spanjola mibdula tagħha. Jekk le, ikollha titlob formalment li l-liċenzja Ċilena tagħha tiġi rikonoxxuta jew mibdula fil-pajjiż il-ġdid.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri