Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Meta tgħix barra

Aġġornat : 25/10/2013

health

L-użu tal-kura tas-saħħa meta tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Meta tmur toqgħod f'pajjiż tal-UE ieħor tkun tista' tikseb kura tas-saħħa bl-istess kondizzjonijiet bħar-residenti lokali. Liema pajjiż jispiċċa jħallaslek it-trattament mediku permezz tas-sistema tal-kura tas-saħħa jiddependi fuq is-sitwazzjoni speċifika tiegħek - normalment ikun il-pajjiż fejn qed toqgħod bħalissa, jekk tkun mort tgħix hemm minħabba x-xogħol, pereżempju.

Jekk tieħu mediċini bir-riċetta tat-tabib, ftakar li l-mediċina mhux dejjem tkun tinstab, jew jista' jkollha isem differenti f'pajjiż ieħor tal-UE.

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali fl-Ewropa jvarjaw bejn pajjiż u ieħor. Pereżempju, f'xi pajjiżi inti mistenni tħallas lit-tabib direttament tal-kura.

Jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u jkollok bżonn il-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor apparti dak fejn mort toqgħod, ir-regoli dwar min hu responsabbli għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa jiddependu fuq:

  • is-sitwazzjoni tiegħek (pereżempju, jekk intix pensjunant jew impjegat)
  • il-pajjiż fejn qed tgħix (pajjiżi differenti japplikaw regoli differenti).

Biex tkun taf liema regoli japplikaw għalik iċċekkja mal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.