Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/03/2017

Validità tal-assigurazzjoni tal-karozza fl-UE – Malta

Assigurazzjoni tal-vetturi ta' parti terza

Meta tmur tgħix temporanjament f'Malta minn pajjiż ieħor tal-UE (bħala student, pensjonant, sid tat-tieni dar, ħaddiem bejn il-fruntieri, turiżmu eċċ.), il-polza tal-assigurazzjoni tiegħek minn pajjiż ieħor tal-UE hija valida għall-perjodu ffirmat, sakemm dan il-perjodu ma jkunx inqas minn u ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Wara sitt xhur ta' residenza permanenti f'Malta, ikollok tirreġistra u tikseb Permess ta' Residenza; ikun jeħtieġlek tibdel il-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vettura barranija tiegħek għal waħda Maltija. Il-vettura tiegħek imbagħad tkun tista' tiġi inxurjata Malta.

Ir-rekord tat-talbiet

L-iskema tal-valutazzjoni tar-riskju tipikament użata mill-assiguraturi tal-vetturi f'Malta hija s-sistema ta' bonus/malus; din taġġusta l-primjum ta' detentur ta' polza skont ir-rekord tat-talbiet individwali.

Jingħata skont fil-primjum jekk l-ebda talba ma tkun ġiet sottomessa fis-sena/snin preċedenti; min-naħa l-oħra, il-primjum jiżdied jekk tkun ġiet sottomessa talba fis-sena/snin preċedenti. Din is-sistema tissejjaħ ukoll "bonus fin-nuqqas ta' talbiet".

Jekk int ċittadin tal-UE, l-assiguraturi f'Malta huma obbligati bil-liġi li jirrikonoxxu r-rekord tiegħek bla talbiet f'pajjiż ieħor tal-UE u li jqisu dan il-fattur fil-primjum tiegħek.

Id-dokumenti maħruġa f'pajjiż ieħor tal-UE dwar ir-rekord tat-talbiet huma aċċettati, sakemm dawn huma awtentiċi u oriġinali u jkunu nħarġu mill-assiguratur(i) preċedenti tiegħek.

Trid tippreżenta dawn id-dokumenti lill-assiguratur li se jinxurja l-vettura tiegħek.

Riżoluzzjoni ta' tilwim

Jekk ma taqbilx ma' kumpanija tal-assigurazzjoni jew ma' kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-assiguratur tiegħek, tista' tikkuntattja dan l-uffiċċju:

Consumer Complaints Unit,

Malta Financial Services Authority,

Notabile Road,

Attard BKR 3000.

Email: consumerinfo@mfsa.com.mt

Telefown: Sejħiet minn barra: +356 2548 5700

Telefown: Sejħiet minn Malta: 800 74924 (bla ħlas)

Faks: +356 2144 1189

 

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Validità tal-assigurazzjoni tal-karozza fl-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri