Mistoqsijiet frekwenti - Trasport u konsenja

Jekk il-kuntratt tiegħek ma jispeċifikax iż-żmien ta' konsenja, l-oġġett li inti ordnajt għandu jasallek fi żmien 30 jum.

Jekk ma jasalx fil-ħin, għandek tikkuntattja l-kummerċjant u tagħtih skadenza ragonevoli oħra. Jekk jonqos milli jirrispetta din l-iskadenza, inti tista' tikkanċella l-ordni tiegħek.

Madankollu, m'hemm ebda ħtieġa li tagħti skadenza ġdida lill-kummerċjant jekk inti għidtlu minn qabel (qabel ma kkonkludejt il-kuntratt) li l-ktieb kellu jitwassal fil-ħin għal għeluq snin żewġek. Jekk diġà ħallast, il-kummerċjant hu obbligat li jirrifondi l-flus tiegħek malajr kemm jista' jkun.
LE- Il-kummerċjant hu responsabbli għall-konsenja ta' dak li tixtri mingħandu. Hi r-responsabbiltà tal-kummerċjant li jikkuntattja lis-servizzi ta' konsenja u juri li l-prodott kien intbagħat. Jekk hu ma jistax jagħmel dan, il-kummerċjant se jkollu jibgħatlek oġġett identiku jew iroddlok flusek lura.
LE. Ma kellekx tħallas l-ispejjeż tal-posta jekk ma kienx indikat ċar meta ordnajt il-kowt. Il-kummerċjanti huma obbligati jindikaw l-ispiża totali qabel ma tħallas. Ebda spejjeż oħra ma għandhom jiżdiedu ladarba l-oġġett ikun ordnat.
Il-kummerċjanti huma obbligati li jagħtuk l-ispiża totali tal-prodott jew is-servizz li qed tixtri, inkluża kwalunkwe spiża żejda oħra. Ix-xerrejja ma għandhom ebda obbligu li jħallsu tariffi jew spejjeż oħrajn sakemm dawn ma kinux magħmula ċari qabel ma tqiegħdet l-ordni tagħhom. Jekk taħseb li ġejt imġiegħel tħallas b'mod inġust, għandek tikkuntattja l-kummerċjant u titlob rimborż tal-ispejjeż. Tista' wkoll evropské spotřebitelské centrum Iftaħ bħala link estern f'pajjiżek.
Meta tixtri online, għandek l-istess drittijiet bħal meta tixtri minn ħanut. Jekk tixtri oġġetti li jkunu difettużi jew ma jaħdmux kif suppost, inti intitolat li titlob biex dawn jissewwew, jinbidlu, jew, fejn it-tnejn li huma mhumiex possibbli, tista' titlob tnaqqis fil-prezz jew rifużjoni.

Ivverifika t-termini u l-kundizzjonijiet fis-sit web tal-kummerċjant. Ikkuntattjah biex tispjega l-problema u itlob soluzzjoni. Jekk ma jagħtikx risposta sodisfaċenti u jkun ibbażat fl-UE, tista' dirigir-se ao Centro Europeu do Consumidor Iftaħ bħala link estern f'pajjiżek.
LE. Il-kummerċjant hu responsabbli għat-trasport tax-xiri tiegħek u għalhekk hu responsabbli għal kwalunkwe ħsara li tiġri matul it-trasport. Hu obbligat li jsewwi l-kitarra jew jagħtik oħra jew li jroddlok flusek lura.

Kull darba li jaslulek l-affarijiet, dejjem tajjeb li tiċċekkja l-kundizzjoni tal-affarijiet fil-preżenza tal-persuna li wasslithomlok, sabiex il-kummerċjant ma jistax jgħid li l-ħsara saret meta l-oġġett kien għandek.

Jekk ma tingħatax risposta sodisfaċenti mill-kummerċjant, tista' tikkuntattja ċ- Centro Europeu do Consumidor Iftaħ bħala link estern lokali tiegħek jew dak fil-pajjiż li fih xtrajt il-kitarra.

Dan jiddependi min-negozjant. In-negozjanti online kollha għandhom jispjegaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom b'mod ċar u li jinftiehem fuq is-sit web tagħhom. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jispjegaw is-servizzi li jipprovdu, inklużi opzjonijiet ta' konsenja, u kwalunkwe restrizzjoni. Meta tixtri xi ħaġa, normalment taqbel ma' dawn il-kundizzjonijiet.

Jekk, fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-sit web Ġermaniż, in-negozjant jgħid li l-konsenja hi ristretta għall-Ġermanja, allura mhux obbligat li jibgħathulek fi Franza. Minflok għandek tuża l-verżjoni tas-sit web li tippermetti li jintbagħatlek fi Franza.

Madankollu, jekk it-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-siti web Ġermaniż u Franċiż huma l-istess, jiġifieri t-tnejn li huma jinkludu l-konsenja liż-żewġ pajjiżi, allura għandek tkun tista' tordna minn kwalunkwe verżjoni tas-sit web u jintbagħtulek l-oġġetti fi Franza.

LE. Ir-regoli dwar l-imblukkar ġeografiku tal-UE jfissru li l-kummerċjanti ma jistgħux jirrifjutawlek aċċess għal dan it-tip ta' servizz sempliċement għax tgħix f'pajjiż ieħor. Għandek tkun tista' tirriżerva t-telefown tiegħek online u tiġbru minn ħanut fin-Netherlands bl-istess mod bħaċ-ċittadini Olandiżi.

Jekk il-kummerċjant jirrifjuta li jippermettilek tuża dan is-servizz, tista' tikkuntattja ċ-ċentru lokali tal-konsumatur Ewropew għall-għajnuna.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 17/06/2022
Ikkondividi din il-paġna