Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Sib impjieg barra pajjiżek

Aġġornat : 20/06/2014

work

Aċċess għax-xogħlijiet fis-settur pubbliku

Bħala ċittadin tal-UE, inti għandek id-dritt li taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE, inkluż fis-settur pubbliku — dan ifisser, pereżempju, fl-intrapriżi tal-istat, l-entitajiet tal-gvern u l-awtoritajiet pubbliċi.

Id-dritt tiegħek li taħdem fi wħud mill-pajjiżi tal-UE jista’ jkun temporanjament ristrett jekk int ċittadin tal-Kroazja.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jżommu xi impjiegi għaċ-ċittadini tagħhom stess, iżda dan isir biss jekk dawn ikunu jinvolvu:

  • l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika

u kif ukoll

  • il-ħarsien tal-interessi ġenerali tal-istat.

Ġeneralment, dawn ikunu karigi fis-settur diplomatiku, fil-forzi armati, fil-pulizija u l-forzi tas-sigurtà u fl-awtoritajiet ġudizzjarji u tat-taxxa. Iżda anki f'dawn il-każijiet, il-pożizzjonijiet li ma jinvolvux eżerċizzju ta' awtorità pubblika għandhom ikunu miftuħa għal ċittadini oħra tal-UE. Pereżempju, l-impjiegi amministrattivi jew ta' għajnuna teknika ma jinvolvux l-eżerċizzju ta' dawn il-poteri, għaldaqstant dawn l-impjiegi m'għandhomx ikunu riservati għaċ-ċittadini tal-istess pajjiż.

Sabiex tikseb impjieg fis-settur pubbliku, x'aktarx li jkollok bżonn rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek b'mod uffiċjali, fil-pajjiż li fih tixtieq issib xogħol.

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek ma jistax jagħtik inqas importanza sempliċiment għax tkun ksibt l-esperjenza professjonali tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE, f'dak li għandu x'jaqsam ma':

  • id-deċiżjonijiet dwar liema postijiet inti eliġibbli għalihom, meta l-anzjanità u l-esperjenza jkunu meħtieġa sabiex tieħu sehem f'kompetizzjoni ta' reklutaġġ
  • l-istabbiliment tas-salarju u l-grad tiegħek jew kundizzjonijiet oħra.

Storja bħala eżempju

L-esperjenza tiegħek fl-UE tgħodd

Elisa minn Franza, ħadmet bħala għalliema fi Franza għal 10 snin qabel marret tgħix l-Italja. Il-kwalifika tagħha sabiex tgħallem ġiet rikonoxxuta fl-Italja, iżda l-awtoritajiet Taljani kkunsidrawha bħala waħda li għadha tibda u b'hekk tawha l-inqas grad ta' anzjanità u paga.

Jekk l-anzjanità u l-paga tal-għalliema fl-Italja huma stabbiliti skont l-ammont ta' snin ta' esperjenza professjonali, allura Elisa għandha tingħata l-istess konsiderazzjoni fl-Italja għall-esperjenza li kisbet f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ara wkoll:

Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera

Retour au texte en cours.