Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 14/01/2014

education-youth

Għarfien tal-kwalifiki akkademiċi

Ebda għarfien awtomatiku

M'hemm ebda għarfien awtomatiku mal-UE kollha tad-diplomi akkademiċi. Għalhekk jista' jkun jeħtieġlek tgħaddi mill-proċedura nazzjonali biex takkwista l-għarfien tal-grad jew diploma akkademika tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE, jekk tkun qed tifittex ammissjoni għal kors ta' studju ieħor hemm. Jekk diġà taf li eventwalment se tixtieq li ssegwi studji oħrajn f'pajjiż differenti, iċċekkja qabel ma tibda jekk id-diploma tiegħek hix se tingħata għarfien hemmhekk.

Il-gvernijiet individwali tal-pajjiżi tal-UE jibqgħu responsabbli għas-sistemi tal-edukazzjoni tagħhom u huma ħielsa li japplikaw ir-regoli tagħhom, inkluż jekk jagħrfux jew le l-kwalifiki akkademiċi akkwistati xi mkien ieħor.

Storja bħala eżempju

Indaga jekk pajjiż hux se jagħti għarfien lid-diploma barranija tiegħek

Kathrin lestiet grad universitarju fil-Ġermanja. Minn dakinhar hi marret toqgħod Franza biex issegwi grad postuniversitarju, iżda sabet li l-awtoritajiet Franċiżi ma tawx għarfien lid-diploma tagħha, filwaqt li talbuha takkwista dokument li jiċċertifika l-kwalifiki tagħha minn università Franċiża. Wara diskussjoni ma' università Franċiża, irnexxielha tingħata l-għarfien għall-grad tagħha bħala wieħed ekwivalenti għal “licence” fis-sistema Franċiża – tip ta' diploma akkwistata hemm wara biss 3 snin ta' studju, u li hi ħasset li kienet f'livell bil-wisq aktar inferjuri mill-istudji li kienet diġà lestiet fil-Ġermanja. Madankollu, hi kellha ssegwi sentejn oħra ta' studju fl-ewwel grad fis-sistema Franċiża qabel ma setgħet tapplika għall-kors postuniversitarju li xtaqet li tagħmel hemm.

Ħu ħsieb li "tqabbel" il-grad tiegħek

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tista' takkwista "dikjarazzjoni ta' komparabilità" tal-grad universitarju tiegħek, li turi kif dan jitqabbel mad-diplomi mogħtijin mill-pajjiż tal-UE li sejjer fih. Biex tagħmel dan, ikkuntattja liċ-ċentru tal-ENIC/NARIC fil-pajjiż fejn tixtieq li d-diplomi tiegħek jiġu vvalutati għall-"komparabilità". Dan jista' jkun f'pajjiżek jekk tmur lura fih wara l-istudji tiegħek, jew pajjiż ieħor tal-UE jekk tmur fih fuq xogħol jew studju ieħor.

Jiddependi mill-pajjiż fejn id-diplomi tiegħek huma vvalutati u l-għan tal-valutazzjoni, iċ-ċentru tal-ENIC/NARIC jew jevalwahom hu stess jew inkella jittrasferixxihom lill-awtorità kompetenti.

Qabel il-valutazzjoni, kun ċert li tiċċekkja:

  • kemm se jiswielek is-servizz (jekk dan isir bi ħlas)
  • kemm se tieħu żmien il-valutazzjoni – din tista' tieħu minn diversi ġimgħat għal diversi xhur jiddependi mill-pajjiż, l-għan, u l-kumplessità tal-fajl tiegħek
  • x'tip ta' dokument se tingħata bħala riżultat – dan jista' jkun ekwivalenza sħiħa, jew rapport komparattiv
  • x'tista' tagħmel jekk ma taqbilx mal-valutazzjoni (kif tista' tappella)

Jekk tipprovdi dokumenti bil-format tal-Europass (bħas-Suppliment tad-Diplomaбългарски (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv)), il-grad tiegħek ikun jista' jitqabbel u jingħata għarfien b'mod aktar faċli.

Kwalifiki professjonali

Din it-taqsima tikkonċerna l-għarfien tal-kwalifiki akkademiċi. Sett differenti ta' regoli tal-UE jirregolaw l-għarfien bejn il-pajjiżi tal-UE tal-kwalifiki professjonali  – jiġifieri, il-gradi li jagħtu aċċess għal professjoni, bħal dawk fil-qasam tal-kura mogħtija mill-infermieri jew tal-liġi.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.