Mistoqsijiet frekwenti - L-assigurazzjoni tal-karozza barra minn pajjiżek

L-aċċident kien tort tiegħi

Int kopert sal-ammonti stabbiliti fil-kuntratt tal-assigurazzjoni tiegħek, li għandha tirrispetta l-ammonti minimi skont il-liġi tal-UE jew - jekk ogħla - dawk skont il-liġi Ċeka. Madankollu, jekk il-ħsara hi stmata aktar mill-kopertura minima Ċeka, u l-kopertura Pollakka hi ogħla, f'dak il-każ japplika l-minimu Pollakk. B'hekk il-liġi tal-UE tiggarantixxi l-aktar kopertura vantaġġjuża.

L-aċċident ma kienx tort tiegħi

Tista' jew titlob kumpens fis-Slovenja, jew tistenna sakemm tmur lura f'darek fl-Awstrija.

Jekk tixtieq tressaq it-talba tiegħek fis-Slovenja, ibgħatha lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-persuna li kkawżat l-aċċident.

Jekk tistenna sakemm tkun lura l-Awstrija, tista' jew:

  • tissottometti t-talba tiegħek lir-rappreżentant Awstrijak tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-persuna li kkawżat l-aċċident, wara li tiċċekkja mal-uffiċċju tal-kard il-ħadra Awstrijak li l-kumpanija għandha rappreżentant nazzjonali f'pajjiżek, jew
  • tippreżenta t-talba tiegħek lill-entità ta' kumpens Awstrijaka.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek għandha tgħinek f'kull waħda minn dawn il-proċeduri.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 12/08/2026
Ikkondividi din il-paġna