Mistoqsijiet frekwenti - Xiri u kiri fit-tul ta' karozza

Ikollok tmur fl- uffiċċju tad-dwana nazzjonali ta' pajjiżek, fejn tagħmel dikjarazzjoni speċjali tal-VAT u tħallas il-VAT applikabbli għall-karozza l-ġdida tiegħek.

Ikollok ukoll tagħmel assigurazzjoni għall-vettura, tgħaddi test ta' sikurezza tal-gvern jekk il-karozza tkun użata, tirreġistra l-karozza u tħallas kwalunkwe taxxi rilevanti oħra f'pajjiżek, bħat-taxxa tat-triq.
LE - Dak ikun illegali.
Jekk qed tippjana li tixtri karozza ġdida, tista' faċilment tqabbel il-prezzijiet fuq l-internet. Meta tkun qed tqabbel il-prezz ta' xi mudell partikolari f'pajjiżi differenti, kun ċert li tkun qed tqabbel karozzi bl-istess armar u extras. Elementi tekniċi (arja kundizzjonata, tisħin, eċċ) jistgħu jvarjaw skont fejn qed tinbiegħ il-karozza.

Trid tikkunsidra wkoll l- ammont tal-VAT:

- għal karozza ġdida, il-prezz aħħari li jkollok tħallas huwa l- prezz nett fil-pajjiż fejn tixtri il-VAT f'pajjiżek.
- għal karozza użata, ma tħallasx VAT jekk il-bejjiegħ ikun individwu privat. Iżda jekk il-bejjiegħ ikun professjonali, ikollok tħallas ir- rata lokali tal-VAT fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza.
Liċenzja jew pjanċa temporanja jippermettulek li ssuq karozza li għadek kif xtrajt f'pajjiż ieħor sa pajjiżek biex tirreġistraha. Tista' tikseb pjanċa temporanja fil-pajjiż tal-UE minn fejn tixtri l-karozza; il-bejjiegħ għandu jkun jista' jgħinek f'din il-kwistjoni.

Peress li l-pjanċi temporanji mhumiex rikonoxxuti b'mod reċiproku fl-UE, l-ewwel ara jekk il-pajjiżi kollha minn fejn se tgħaddi bil-karozza jaċċettawx il-pjanċa temporanja li nħarġet fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza.

Imbagħad trid tikseb pjanċi permanenti fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza.
Ikollok bżonn ukoll assigurazzjoni li tkun valida fil-pajjiżi kollha minn fejn tgħaddi bil-karozza.
Meta tixtri karozza ġdida mingħand bejjiegħ professjonali tkun kopert b' garanzija legali minima ta' sentejn. Iż-żmien tal-garanzija jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn sena jekk il-vettura tkun użata. Il-garanzija tkopri l-ħsarat tal-manifattura, li għalihom huwa responsabbli l-bejjiegħ.

Tista' tirċievi wkoll garanzija kummerċjali addizzjonali. Din tista' tagħtik protezzjoni aħjar iżda qatt ma tista' tieħu l-post jew tnaqqas il-garanzija legali minima ta' sentejn, li dejjem se jkollok taħt ir-regoli tal-UE.

Skont il-liġi tal-UE, tista' tuża l-garanzija għand kwalunkwe negozjant fin-netwerk tal-manifattur, ma jimpurtax f'liema pajjiż tal-UE tkun inxtrat il-karozza. Għaldaqstant, jekk tixtri karozza mill-Ġermanja u teħodha lura miegħek fi Franza, tista' tirrekorri għand in-negozjant tal-istess marka l-aktar viċin ta' fejn toqgħod int biex isewwilek xi ħsara (fil-perjodu tal-garanzija), u mhux toqgħod tmur lura l-Ġermanja.
Dan jiddependi fuq dak li qallek in-negozjant dwar il-karozza meta xtrajtha, u fuq x'inhi l-problema.

Skont il-liġi tal-UE, il-kwalità u l-prestazzjoni tal-oġġetti għandha tkun sodisfaċenti. Anki jekk tixtri prodott second-hand, il-bejjiegħ għandu jagħtik il-prodott f'konformità mal-kuntratt ta' bejgħ. Il-prodott irid ikun konformi mad-deskrizzjoni mogħtija mill-bejjiegħ u jkun tajjeb għall-iskop partikolari tiegħek. Il-prodott għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet li tkun aċċettajt fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-bejjiegħ mhux responsabbli għal difetti li diġà kont taf bihom fil-mument tax-xiri u dawk li jirriżultaw mid-deterjorament normali tal-karozza.

Jekk il-karozza jkollha difett kbir li ma kontx taf bih meta xtrajtha, tista' tkun intitolat għal rimedju.

Skont il-liġi tal-UE, għandek minimu ta' sentejn biex tuża l-garanzija jekk il-prodott li tkun xtrajt jinzerta difettuż jew mhux kif irreklamat. Iż-żmien tal-garanzija jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn sena jekk il-vettura tkun użata. Dan għandu jintqal b'mod ċar meta jsir ix-xiri.

Jekk id-difett jidher fi żmien l-ewwel 6 xhur ta' użu, huwa preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-kunsinna u ħareġ fid-dieher biss aktar tard.

Wara 6 xhur, xorta tista' tuża l-garanzija iżda, jekk in-negozjant jikkontesta li d-difett kien ilu jeżisti sa mill-bidu, tista' tintalab tagħti prova, probabbilment billi tinvolvi espert tekniku.

Meta tiskopri problema teknika, inti meħtieġ li tinnotifika lill-bejjiegħ malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn xahrejn.

Għandek l-ewwel nett tikkuntattja l-bejjiegħ biex tara jekk jaqbilx li inti tieħu l-karozza f'garaxx viċin tiegħek għat-tiswija. Din ġeneralment ma tkunx problema b'karozzi ġodda imma għal karozzi second-hand tista' tkun problema.
F'dan il-każ, drittijietek ikunu limitati ferm. Il-liġi tal-konsumatur ma tapplikax għal bejgħ privat - tapplika biss meta negozju jbigħ lil konsumatur. Għaldaqstant għandek toqgħod b'seba' għajnejn meta tixtri mingħand individwu privat.

Jekk ma jirnexxilekx issolvi l-problema b'mod amikevoli, tista' tikkunsidra azzjoni ċivili kontra l-bejjiegħ, imma dan jista' jkun diffiċli u jiswik il-flus.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 28/05/2024
Ikkondividi din il-paġna