Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 12/04/2017

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità – il-Ġermanja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti. Tipparkjax jekk l-ispazju hu mmarkat b'isem ta' persuna, numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura jew numru ta' karta għall-parkeġġ, li jirriżervawh għal persuni b'diżabilità oħrajn.

Ipparkjar fit-toroq

  • Tista' tipparkja għal tliet sigħat fit-toroq jew fiż-żoni li fihom l-istennija altrimenti hi pprojbita. Trid turi l-ħin li tasal fih bid-disk tal-ipparkjar.
  • Tista' taqbeż il-ħin tal-ipparkjar fit-toroq jew fiż-żoni li fihom hu ristrett il-ħin tal-ipparkjar.
  • Tista' tipparkja bla ħlas u mingħajr limitu ta' ħin f'postijiet għall-ipparkjar jew fit-toroq li fihom meħtieġ li jsir il-ħlas permezz ta' magni tal-ħlas u tad-displej jew tal-miters tal-ipparkjar u li fihom il-ħin tal-ipparkjar hu limitat.
  • Tista' tipparkja għal mhux aktar minn tliet sigħat f'postijiet għall-ipparkjar riżervati għar-residenti.
  • Tista' tipparkja barra l-ispazji mmarkati, f'erjas bi ftit traffiku, bil-kundizzjoni li ma tfixkilx it-traffiku li jkun għaddej.
  • Ipparkja biss fiż-żoni riżervati għall-mixi jekk il-konċessjonijiet lokali jippermettu li dan isir b'mod espliċitu. Tista' tipparkja fiż-żoni riżervati għall-mixi, li fihom jistgħu jsiru t-tagħbijiet u l-ħatt, fil-ħinijiet speċifikati - Iċċekkja lokalment

Nota: Dawn il-konċessjonijiet għall-ipparkjar japplikaw biss jekk ma jeżistux opzjonijiet alternattivi għall-ipparkjar fil-viċin. Il-limitu ta' ħin massimu għall-ipparkjar ma jistax jaqbeż l-24 siegħa.

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Ir-regolamenti f'parkeġġi għall-karozzi jvarjaw. Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: