Mistoqsijiet frekwenti - Spejjeż u rimborżi: trattament medika ippjanata barra pajjiżek

L-ispiża tat-trattament tiegħek f'pajjiż ieħor hi koperta biss jekk is-sistema tas-sigurtà soċjali nazzjonali fil-pajjiż fejn int assigurat tkopriha. Jekk le, il-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek mhux obbligat jawtorizza trattament barra mill-pajjiż jew li jirrimborża l-ispejjeż (għalkemm, naturalment, jista’ jagħżel li jagħmel dan).
Ikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali tiegħek biex issir taf x’għażliet għandek. Xi għajnuna tista’ tkun disponibbli għalik f’pajjiżek stess permezz tan-networks ta’ referenza Ewropej en – networks transfruntieri virtwali u volontarji, li jlaqqgħu flimkien fornituri tal-kura tas-saħħa speċjalizzati ħafna mill-Ewropa kollha biex jgħinu fid-dijanjożi u t-trattament ta’ pazjenti li jbatu minn mard kumpless rari jew bi prevalenza baxxa li jeħtieġ kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna u konċentrazzjoni ta’ għarfien u riżorsi.
IVA - Sakemm it-trattament mediku li tagħmel ikun inkluż fis-sistema tas-sigurtà soċjali nazzjonali tiegħek. Għandek tkun taf li l-ispejjeż tiegħek se jkunu rimborżati bir-rata ta’ pajjiżek għal dan it-tip ta’ trattament. Dan ifisser li tiġi rimborżat sal-ammont li kien ikun jiswa l-istess trattament fis-sistema pubblika f’pajjiżek.
F’ċerti każijiet għandu mnejn ikun jeħtieġlek tapplika għal awtorizzazzjoni minn qabel, għalhekk kun żgur li tiċċekkja mal-assiguratur tiegħek jew mal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali. Għal darb’oħra, l-applikazzjoni tiegħek trid tingħata jekk l-istennija għal trattament f’pajjiżek hi twila wisq.
L-entità nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek hi obbligata biss li tkopri l-ispejjeż relatati mat-trattament mediku tiegħek fil-pajjiż tal-UE fejn tkun ġejt ittrattat, pereżempju għall-kura fl-isptar, l-ispiża tal-kura medika, u l-akkomodazzjoni li ma tistax tiġi evitata u l-ikliet fl-isptar.
Madankollu, jekk inti rċevejt awtorizzazzjoni minn qabel u r-regoli tal-pajjiż fejn int kopert għal spejjeż oħra – bħall-ivvjaġġar mid-dar lejn il-post tat-trattament jew l-ispejjeż tal-persuna li takkumpanjak – allura l-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek ma jistax jirrifjuta li jirrimborża dawn l-ispejjeż sempliċiment għax kont ittrattat f’pajjiż ieħor tal-UE. Għandek l-istess drittijiet daqslikieku t-trattament mediku ngħatat fil-pajjiż tal-UE fejn int assigurat.
Biex tkun taf liema spejjeż jistgħu jiġu rimborżati fil-każ tiegħek, ikkuntattja l-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.
F’ċerti sitwazzjonijiet, iva. Pereżempju, jekk l-ewwel talba għal awtorizzazzjoni tiegħek ġiet miċħuda, iżda ngħatajt awtorizzazzjoni wara, il-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek għandu jirrimborża l-ammont li normalment jiġi rimborżat jekk il-awtorizzazzjoni tiegħek tkun ġiet ikkonfermata mill-bidu nett.
Bħala eżempju ieħor, jekk mexxejt u ksibt it-trattament barra pajjiżek qabel ma tistenna l-eżitu ta’ appell legali kontra rifjut għall-awtorizzazzjoni, għandek ukoll tiġi rimborżat jekk l-appell jirnexxi.
Għandek tiġi rimborżat ukoll jekk ma tkunx tista’ tistenna d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħek għal awtorizzazzjoni minn qabel, għal raġunijiet relatati mal-istat ta’ saħħtek jew mal-ħtieġa li tirċievi trattament urġenti.
LE. Il-korp tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek ma jistax jirrifjuta li tkopri t-trattament tiegħek purament għal raġunijiet ta’ spejjeż. 
Il-listi ta’ stennija ma jmorrux kontra d-dritt tal-UE. Sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tikseb it-trattament barra minn pajjiżek (it-trattament huwa kopert mill-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek u ma jistax jingħata lilek f’limitu ta’ żmien medikament ġustifikabbli), il-korp tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek ma jistax jirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal trattament, anke jekk diġà tinsab fuq lista ta’ stennija għall-operazzjoni f’pajjiżek.
Għandek tkun tista’ tappella skont il-liġi nazzjonali. Jekk taħseb li d-drittijiet tiegħek tal-UE dwar trattament mediku ppjanat barra minn pajjiżek ma ġewx rispettati minn awtorità nazzjonali, tista’ tikkuntattja lil SOLVIT en għall-assistenza.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 03/07/2023
Ikkondividi din il-paġna