Mistoqsijiet frekwenti - Il-qgħad f'pajjiż barrani

Jekk titlef xogħlok, ġeneralment għandek titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn tkun ħdimt l-aħħar.

Jekk tkun ħdimt bħala ħaddiem bejn pajjiż u ieħor, tista' titlob il-benefiċċji fil-pajjiż fejn tgħix. Se jkollok bżonn tirrikjedi formola U1 fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

Jekk matul l-aħħar perjodu ta' impjieg jew ta' xogħol għal rasek inti kont residenti f'pajjiż tal-UE differenti minn dak li kont qed taħdem fih, imma kont tmur lura inqas minn darba fil-ġimgħa, inti tista' titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż ta' residenza tiegħek jew fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar. Jekk tmur lura lejn il-pajjiż ta' residenza tiegħek, se jkollok bżonn tirrikjedi formola U1 fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

F'xi kondizzjonijiet, tista' tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE waqt li tkun qed tfittex ix-xogħol hemm (staqsi għal formola U2). It-trasferiment tal-benefiċċji normalment idum 3 xhur, iżda jista' jiġi estiż għal perjodu massimu ta' 6 xhur.

Biex tiskopri aktar dwar l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji tal-qgħad, għandek tikkuntattja lis-servizzi tal-impjieg tal-pajjiż rilevanti.

Bħala regola ġenerali, il-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar għandu jkun responsabbli għall-benefiċċji tal-qgħad tiegħek. Għalhekk, jekk ħdimt u għadek tgħix fi Spanja, għandek tapplika għall-benefiċċji tal-qgħad fi Spanja.

Però, jekk kont għadek qed tgħix fi Franza meta kont qed taħdem fi Spanja, tista' tapplika għall-benefiċċji fi Franza jekk se tmur lura hemm. Għal dawk li jaħdmu f'pajjiż iżda jgħixu f'ieħor, dejjem huwa l-pajjiż ta' residenza responsabbli għall-pagament tal-benefiċċji tal-qgħad.

Fi kwalunkwe każ, inti assigurata fil-pajjiż li jħallaslek il-benefiċċji.

Mill-Ġermanja — Billi int kont issekondat fi Franza aktar milli mort biex tgħix hemm għal tul twil ta' żmien, u għalhekk int għadek resident fil-Ġermanja. Bħala riżultat, il-pajjiż li minnu kont issekondat hu dak responsabbli għal kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek.

Jekk titlef xogħlok, għandek tapplika għall-benefiċċju fil-pajjiż fejn tgħix.

Id-dritt u l-ammont ta' benefiċċju jiġi assessjat skont ir-regoli ta' pajjiżek, filwaqt li jitqiesu l-perjodi ta' xogħol li tkun għamilt f'pajjiżi barranin.

Biex turi l-perjodi ta' xogħol f'pajjiżi barranin, akkwista l-formola U1 mingħand is-servizz nazzjonali tal-impjiegi tal-pajjiż fejn taħdem u ippreżentaha fil-pajjiż li tgħix fih.

Jekk qed tfittex xogħol fil-pajjiż li fih tlift l-impjieg tiegħek, tista' tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi tal-pajjiż li fih kont taħdem – iżda jeħtieġlek tikkonforma mal-proċeduri ta' verifika u obbligi fiż-żewġ pajjiżi. Madankollu, peress li l-benefiċċji dejjem jitħallsu mill-pajjiż ta' residenza, l-obbligi u l-attivitajiet tat-tfittix ta' xogħol hemmhekk għandhom prijorità. Għażla oħra hi li titlob għat-trasferiment tal-benefiċċji tiegħek lejn il-pajjiż li qabel kont taħdem fih, jekk taħseb li għandek aktar ċans li ssib xogħol fih.

Bħala persuna li taħdem maċ-Ċivil, jekk tispiċċa bla xogħol, tista' tagħżel li tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol kemm fil-pajjiż li impjegak kif ukoll fil-pajjiż fejn ħdimt.

Jekk tippreferi li tibqa' fil-pajjiż fejn ħdimt, jeħtieġlek tirreġistra hemm bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol. Jimxu miegħek daqs li kieku kont ċittadin. Jeħtieġlek tapplika għal formola U1 (jew għal formola E301 ) mingħand l-awtorità nazzjonali tal-impjiegi tal-pajjiż li impjegak.

Jekk tippreferi li tmur lura fil-pajjiż li impjegak, jeħtieġlek tirreġistra direttament hemm bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 01/12/2023
Ikkondividi din il-paġna