Mistoqsijiet frekwenti - Il-benefiċċji tal-familja

LE - Fil-Belġju, dawk biss li jaħdmu jew li huma impjegati għal rashom huma intitolati għall-ħlas statutorju tal-maternità jew għall-benefiċċju tal-maternità.
LE - għandek tingħata biss il-benefiċċji Ġermaniżi. Jekk għandek dritt għall-benefiċċji tal-familja f'aktar minn pajjiż wieħed, l-awtoritajiet se jaħdmu min għandu jħallashom; m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Intitolamenti bbażati fuq xogħol dejjem jieħdu preċedenza fuq dawk ibbażati fuq pensjonijiet jew benefiċċji tal-qgħad.

Madankollu, jekk il-benefiċċji Ġermaniżi jirriżultaw li jkunu anqas minn dak li int intitolat għalih fin-Netherlands, l-awtoritajiet tan-Netherlands se jħallsu d-differenza.
Fil-prinċipju, intom intitolati għal benefiċċji Awstrijaċi tat-tfal.

Madankollu, jekk martek intitolata wkoll għall-benefiċċji tal-familja billi hi taħdem fis-Slovenja, l-awtoritajiet se jaħdmu min għandu jħallashom; m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Jekk l-intitolament fiż-żewġ pajjiżi hu bbażat fuq xogħol, tirċievi l-benefiċċji tiegħek mill-pajjiż fejn jgħixu wliedek, jiġifieri s-Slovenja.

Madankollu, jekk il-benefiċċji Sloveni rriżultaw li kienu anqas minn dak li int intitolat għalih fl-Awstrija, l-awtoritajiet Awstrijaċi jħallsu d-differenza.
LE - bħala ħaddiem kollokat, int assigurat bis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek, anke jekk qed taħdem f'pajjiż barrani. Għandek dritt biss għall-benefiċċji tal-familja Portugiżi.
Tistgħu tiksbu l-benefiċċji tat-tfal mill-Iżvizzera jew il-Ġermanja; m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Jekk l-intitolament fiż-żewġ pajjiżi hu bbażat fuq xogħol, anke jekk uliedkom jgħixu f'pajjiż ieħor, tirċievu l-benefiċċji tagħkom ikun liema jkun miż-żewġ pajjiżi fejn taħdmu li jħallas l-aktar.
IVA - ikkuntattja lill- awtorità tal-benefiċċji tal-familja fl-Estonja u itlob biex il-benefiċċji jitħallsu direttament lilek minflok lil żewġek, billi int il-persuna li fil-fatt qed tmantni lill-familja.
Int intitolat għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek, anke jekk il-membri ta' familtek jgħixu f' pajjiż tal-UE ieħor. Jekk int ħaddiem transfruntier bla xogħol tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż fejn tgħix u mhux mill-pajjiż fejn kont assigurat l-aħħar. F'dan il-każ, il-pajjiż fejn tgħix hu responsabbli wkoll għall-benefiċċji tal-familja tiegħek. L-intitolament għall-benefiċċji tal-familja jiddependi mil-leġiżlazzjoni ta' kull pajjiż għalhekk l-aħjar li tistaqsi l- istituzzjoni tas-sigurtà soċjali lokali tiegħek.
Bħala pensjonant, normalment tirċievi l-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek, sakemm uliedek jgħixu fl-istess pajjiż. Jekk uliedek jgħixu f'pajjiż li ma jħallasx il-pensjoni tiegħek u tirċievi pensjoni minn aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, il-pajjiż fejn ħallast l-assigurazzjoni għall-itwal perjodu ta' żmien hu kompetenti biex jipprovdik bil-benefiċċji tal-familja.
Jekk il-ġenituri jaħdmu f'żewġ pajjiżi differenti tal-UE u t-tfal jgħixu f'wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu l-ulied hu responsabbli għall-benefiċċji tal-familja tiegħek. Id-dritt għall-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem jiġi sospiż sal-ammont tal-benefiċċji pprovduti mill-pajjiż fejn martek taħdem/żewġek jaħdem u fejn jgħixu wliedek. Jekk l-ammont tal-benefiċċji tal-familja mħallsa mill-pajjiż fejn martek taħdem/żewġek jaħdem u fejn jgħixu wliedek hu inqas fil-pajjiż fejn taħdem int, titħallas id-differenza b'żieda mħallsa mill-pajjiż fejn taħdem.
Ġeneralment int intitolat għall-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem jew fejn tinsab bla xogħol. Għandek tissottometti t-talba lill-istituzzjoni kompetenti hemmhekk, meta neċessarju permezz ta' min iħaddmek. Dik l-istituzzjoni tikkuntattja lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż fejn jgħixu l-membri ta' familtek biex iġibu l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-familja (l-għadd ta' membri tal-familja, l-età tagħhom, l-indirizz, eċċ.). Jekk il-pajjiż fejn taħdem mhuwiex responsabbli għall-benefiċċji tiegħek skont ir-"regoli ta' prijorità", l-istituzzjoni tibgħat it-talba tiegħek lill-istituzzjoni tal-pajjiż li hu attwalment kompetenti biex jittratta t-talba tiegħek daqslikieku ssottomettejtha hemmhekk.
LE– ma tistax tirċievi l-benefiċċji tal-familja darbtejn għall-istess perjodu ta' żmien għall-istess membru tal-familja. Jeżistu "regoli ta' prijorità" f'każijiet ta' drittijiet li jikkoinċidu. Skont dawn ir-regoli, id-dritt għall-benefiċċji tal-familja f'wieħed minn dawn il-pajjiżi jiġi sospiż. Madankollu, din is-sospensjoni mhi qatt totali: il-benefiċċji dovuti minn pajjiż wieħed jiġu sospiżi sal-ammont tal-benefiċċji dovuti skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li għandu prijorità. Dan ifisser li jekk l-ammont tal-benefiċċju tal-familja "sospiż" hu ogħla mill-benefiċċju pprovdut mill-pajjiż li għandu prijorità, il-pajjiż bl-ogħla benefiċċji jkollu jħallas żieda li tikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 15/04/2024
Ikkondividi din il-paġna