Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 12/04/2017

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità – il-Polonja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għall-nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Il-persuni bil-karta għall-parkeġġ għal nies b'diżabilità jistgħu, bil-kundizzjoni li jeżerċitaw kawtela estrema, ma jagħtux każ tas-sinjali tat-traffiku li ġejjin:

"Ebda moviment miż-żewġ direzzjonijiet"

"Dħul ipprojbit għal vetturi b'mutur, għajr għal motoċikletta b'ċinga tal-metal waħda"

"Dħul ipprojbit għal karozzi tal-linja"

"Dħul ipprojbit għal motoċikletti"

"Dħul ipprojbit għal roti motorizzati"

"Ipparkjar ipprojbit"

"Ipparkjar ipprojbit fi ġranet farrada"

"Ipparkjar ipprojbit fi ġranet biż-żewġ"

"Erjas ta' pparkjar ristrett".

Id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq japplikaw ukoll:

  • għal persuna li ssuq vettura, li ġġorr persuna bil-pussess ta' karta għall-parkeġġ
  • għal persuna li ssuq vettura li tappartieni għall-istituzzjoni li tittratta mal-kura, ir-riabilitazzjoni jew l-edukazzjoni ta' persuni b'diżabilità u bil-pussess ta' karta għall-parkeġġ, jekk is-sewwieq iġorr persuna li għandha mobilità mnaqqsa b'mod sinifikanti u l-persuna tibqa' taħt il-kura tal-istituzzjoni.
  • għal sewwieqa ta' vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ maħruġa barra 'l pajjiż

Ipparkjar fit-toroq

Tipparkjax f'toroq li fihom l-ipparkjar hu pprojbit.

Iċċekkja lokalment

  • Tista' tipparkja bla ħlas u bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom hu meħtieġ il-ħlas, iżda fi spazji mmarkati b'simbolu ta' siġġu tar-roti - Iċċekkja lokalment

  • Tista' tipparkja fuq iż-żewġ naħat tat-triq li fiha hu ristrett l-ipparkjar fi ġranet farrada u biż-żewġ iżda biss jekk int ma tikkawżax ostruzzjoni - Iċċekkja lokalment

  • Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi sakemm dan mhux awtorizzat b'mod speċifiku minn konċessjonijiet lokali - Iċċekkja lokalment

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Ebda konċessjoni mhi offruta lill-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ. Iżda jistgħu japplikaw varjazzjonijiet lokali -  Iċċekkja lokalment

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: