Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Ir-regoli tal-VAT għal karozzi mixtrija f'pajjiż ieħor tal-UE huma differenti minn dawk ta' oġġetti oħra. Ivarjaw ukoll skont jekk il-karozza tkunx użata jew ġdida, u jekk il-bejjiegħ ikunx individwu privat jew professionist.
Kun ċert li taf ir-regoli tal-VAT qabel tixtri karozza minn xi mkien ieħor fl-UE.
Tista' tixtri karozza minn fejn trid fl-UE. Għal tagħrif dwar l-aħjar offerti, ikkonsulta r-rapport dwar il-prezzijiet tal-karozzi
Englishmaħruġ mill-Kummissjoni Ewropea.
Meta tkun qed tqabbel il-prezz ta' xi mudell partikolari f'pajjiżi differenti, kun ċert li tkun qed tqabbel karozzi bl-istess armar u extras. Elementi tekniċi (arja kundizzjonata, tisħin, eċċ) jistgħu jvarjaw skont fejn qed tinbiegħ il-karozza.
Meta tixtri karozza ġdida f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollok tikkonsidra bir-reqqa kif se teħodha f'pajjiżek, għax ma tkunx għadha rreġistrata f'pajjiżek:
Imbagħad trid tikseb pjanċa permanenti fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza.
Għandek tkun taf li l-leġiżlazzjoni tal-konsumatur ma tapplikax għal bejgħ privat, għaldaqstant għandek toqgħod attent ħafna meta tixtri karozza mingħand individwu privat.
Fil-każ ta' bejjiegħ privat, għandek tkun ċert li taf kemm jista' jkun dwaru jew dwarha, inklużi d-dettalji ta' kuntatt.
Bil-liġi, karozza trid tkun:
Però, karozzi ġodda jkollhom livell ogħla ta' "kwalità" meta mqabblin ma' karozzi użati. Il-liġi tagħraf li vettura użata tista' ma tkunx kompletament bla difetti.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
English
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja