Mistoqsijiet frekwenti - Pagamenti, trasferimenti u ċekkijiet
Se jiswieli aktar li niġbed flus minn ATM f'pajjiż Ewropew ieħor milli kieku nagħmel dan f'pajjiżi?
LE - Il-banek ma għandhomx iżommulek aktar għall-ġbid tranfruntier f'euro milli kieku kienet tranżazzjoni nazzjonali tal-istess valur f'euro.
Hemm prezz standard fl-UE għall-kambju tal-munita lejn u minn euro?
LE - Il-liġi tal-UE ma tistabbilixxix prezzijiet li jridu jiġu applikati għall-kambju tal-munita - din hi dejjem deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mill-fornituri tas-servizz ta' pagament.
Hemm limitu fuq kemm bank jista' jġiegħlek tħallas għal tranżazzjoni ta' pagament transfruntier?
IVA - Il-bank tiegħek għandu jġiegħlek tħallas l-istess rata għall-pagamenti f'euro fl-UE kollha kif iġiegħlek tħallas għal tranżazzjonijiet nazzjonali ekwivalenti. Din ir-regola tapplika wkoll għall-banek ibbażati fl-UE iżda mhux fiż-żona tal-euro.
Nista' nuża l-kard ta' debitu tiegħi f'pajjiż ieħor tal-UE taħt l-istess kundizzjonijiet bħal f'pajjiżi u bla ma nġarrab spejjeż addizzjonali?
IVA - ir-regoli tal-UE japplikaw għat-tipi kollha ta' pagamenti bil-kard (pagament permezz ta' kard ta' debitu, debitu differit u kard ta' kreditu). Għandek tħallas l-istess prezz għat-tranżazzjoni daqslikieku kont qed tuża l-kard tiegħek f'pajjiżek. Barra minn hekk, il-bank ma jistax jitlob prezz addizzjonali (pereżempju miżati annwali jew tariffi ta' darba) jekk tuża l-kard f'pajjiż ieħor tal-UE.