Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 08/2015

Aġġornat 08/2015

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali


Aqsam fuq 
		Aqsam fuq Facebook
	
		Aqsam fuq Twiter
	
		Ixxerja fuq Google+
	
		Aqsam fuq linkedIn

Ipproteġi l-ideat tan-negozju tiegħek!

Jekk għandek idea tajba u innovattiva, li qed tispera li se tittrasforma n-negozju tiegħek, għandek tqis li tipproteġiha bħala l-proprjetà intellettwali tiegħek (PI) qabel ma xxandarha lid-dinja! L-ideat tajbin għandhom valur jekk tista' turi legalment li huma tiegħek.

X'inhi l-proprjetà intellettwali?

Il-proprjetà intellettwali tikkonsisti fi prodotti, xogħol jew proċessi li tkun ħloqt u li jagħtuk vantaġġ kompetittiv.

Hemm 3 subkategoriji:

  • Il-proprjetà industrijali: invenzjonijiet (privattivi), marki  kummerċjali, disinji industrijali, varjetajiet ġodda ta' pjanti u indikazzjonijiet ġeografiċi ta' oriġini
  • Xogħol artistiku protett bid-drittijiet tal-awtur: xogħlijiet letterarji u artistiċi oriġinali, mużika, xandir televiżiv, softwer, bażijiet tad-dejta, disinji arkitetturali, kreazzjonijiet pubbliċitarji u multimedja
  • Strateġiji kummerċjali: sigrieti tan-negozju, għarfien espert, ftehimiet kunfidenzjali, jew produzzjoni rapida.

Kif nista' nipproteġi l-PI tiegħi?

Tista' tipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek bis-saħħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali stipulati mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali English español français (WIPO). Il-forma ta' protezzjoni tiddependi mit-tip ta' PI:

  • privattivi - jippermettulek twaqqaf lil partijiet terzi milli jagħmlu, jużaw jew ibigħu l-invenzjoni tiegħek għal ċertu perjodu ta' żmien skont it-tip ta' invenzjoni
  • marki kummerċjali - jipproteġu l-isem tal-prodott tiegħek billi jevitaw li negozji oħra jbigħu il-prodott tiegħek bl-istess isem
  • drittijiet tal-awtur - jinformaw lill-oħrajn li int (bħala l-awtur) biħsiebek tikkontrolla l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-wirja jew l-eżekuzzjoni ta' xogħlok.  Id-drittijiet tal-awtur jingħataw awtomatikament, mingħajr il-bżonn ta' reġistrazzjoni formali. Tista' tibda tuża s-simbolu tad-drittijiet tal-awtur immedjatament.

Tista' tirreferi wkoll għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) għar-reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali u d-disinji tal-Komunità, u l- Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO).

Id-drittijiet tal-PI għadhom protetti minn liġijiet nazzjonali iktar milli minn liġijiet tal-UE. Il-protezzjoni tagħhom f'kull pajjiż individwali tal-UE tista' tkun ikkomplikata u tqum ħafna flus. Tista' tiffranka l-ħin u l-flus billi tipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fil-livell tal-UE. Dan jiżgura li l-innovazzjonijiet u l-kreazzjonijiet tiegħek huma protetti fl-UE kollha, u li int ippremjat għalihom.

 

Biex tapplika u tirreġistra marka kummerċjali tal-Komunità iqum €1,050. Jekk tibgħat l-applikazzjoni bl-internet tiġik irħas: €900.

Tista' tapplika għal privattiva nazzjonali fl-uffiċċju tal-privattivi f'pajjiż tal-UE jew għal privattiva Ewropea permezz tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Madankollu, privattiva Ewropea jeħtiġilha tiġi validata mill-uffiċċju nazzjonali tal-privattivi English f'kull pajjiż fejn hi meħtieġa l-protezzjoni. Skont il-liġi tal-pajjiż English , jista' jkollok tipprovdi traduzzjonijiet jew tħallas miżati sa ċerta data. Hi disponibbli aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-proċeduri mingħand l-Uffiċċji tal-PI fi 30 pajjiż Ewropew hawnhekk .

Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-falsifikazzjoni (imitazzjoni mhux awtorizzata ta' oġġett tad-ditta) u l-piraterija (ikkupjar mhux awtorizzat ta' oġġett kopert bid-dritt tal-proprjetà intellettwali) laħqu proporzjonijiet allarmanti - b'implikazzjonijiet sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

Skont il-liġi tal-pajjiż tal-UE in kwistjoni u s-sors tal-merkanzija falsa, l-awtoritajiet li għandek tirrikori għandhom huma: id-dwana, is-sorveljanza tas-suq (standards tal-kummerċ), il-pulizija jew l-uffiċċji tal-privatativi u l-marki kummerċjali.

Il-protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni

L-amministrazzjonijiet tad-dwana jinsabu fuq quddiem nett biex jiddefendu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek mal-fruntieri tal-UE. Tista' titlobhom biex iwaqqfu prodotti suspettati li jiksru d-drittijiet tal-PI billi tibgħat applikazzjoni għal azzjoni Deutsch English français lill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana kopmetenti.

Filwaqt li r-rikjesta għall-għajnuna hi nazzjonali, ir-rikjesti mibgħuta f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE jistgħu jingħataw l-istess status legali fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Formoli Deutsch English français u manwal Deutsch English français biex tirrikjedi azzjoni mid-dwana.

Appoġġ għan-negozji lokali

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min- Netwerk Enterprise Europe . Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Næstved

Viborg

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Ljubljana

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Firenze

Milano

Napoli

Pieta

Roma

Torino

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Eger

Győr

Miskolc

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Ħelpdesk Ewropew dwar id-drittijiet tal-PI

Ħelpdesk Ewropew dwar id-drittijiet tal-PI English

servizz uffiċjali tal-UE li jipprovdi sapport dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-PI għal dawk involuti fi proġetti kofinanzjati mill-UE jew ftehimiet ta' negozju bejn pajjiżi differenti. Pariri bla ħlas permezz ta' helpline (tweġibiet fi żmien 3 ijiem) u korsijiet ta' taħriġ dwar il-PI. Ġabriet ta' fatti, newsletter u bulletin bl-email.

Ħelpdesk tad-drittijiet tal-PI għal SMEs fiċ-Ċina

Ħelpdesk tad-drittijiet tal-PI għal SMEs fiċ-Ċina English

pariri bla ħlas, taħriġ jew dokumentazzjoni għall-kumpaniji ż-żgħar li għandhom negozju maċ-Ċina b'mistoqsijiet jew problemi relatati mal-PI.

Portal Transatlantiku dwar id-drittijiet tal-PI

għodod onlajn biex tipproteġi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek f'ħafna pajjiżi fid-dinja.

InnovAccess

Websajt InnovAccess English

informazzjoni ċentralizzata dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri ta' reġistrazzjoni u dwar miżuri ta' sapport fil-livell nazzjonali (ġestit min-netwerk Ewropew ta' helplines ta' uffiċċju nazzjonali tal-PI).

Drittijiet tal-PI: katalgu ta' għodo onlajn għan-negozji

Drittijiet tal-PI: katalgu ta' għodo onlajn għan-negozji English français

lista oħra ta' riżorsi onlajn dwar id-drittijiet tal-PI

SERVIZZ TAL-GĦAJNUNA MERCOSUR IPR GĦALL-SMEs

Bla ħlas, l-ewwel għajnuna dwar PI u kwistjonijiet ta' drittijiet tal-IP bl-għan li jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs Ewropej (SMEs tal-UE u SMEs tal-pajjiżi Assoċjati) diġà stabbiliti, jew li qed jaħdmu ma' entitajiet f'Mercosur u ċ-Ċilì u swieq oħra tal-Amerka Latina.