Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 12/04/2017

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità – il-Bulgarija

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet ta' parkeġġ riżervati għall-nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Ipparkjar fit-toroq

Għall-ipparkjar 'l barra minn erjas ippopulati, il-vetturi jeħtiġilhom li jieqfu 'l hemm mit-triq. L-ipparkjar fit-triq hu pprojbit. F'erjas ippopolati, il-proprjetarju jew l-amministrazzjoni tal-immaniġġjar tat-toroq tista' tagħżel erjas, toroq jew partijiet ta' toroq bħala żoni ta' parkeġġ għal żmien qasir matul ċerti ħinijiet. Dan il-ħin m'għandux ikun anqas minn 30 minuta u mhux aktar minn 3 sigħat.

Ipparkjar f'parkeġġi tal-karozzi

Dawn l-erjas ta' parkeġġ huma mmarkati b'sinjali tat-triq, marki tat-triq u avviżi li jinfurmaw lis-sewwieq dwar it-termini tal-parkeġġ. Il-kunsill muniċipali korrispondenti jista' jistabbilixxi tariffa għall-parkeġġ.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: