Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 10/02/2016

vehicles

Liċenzja tas-sewqan mitlufa, misruqa, sostitwita

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?
Qed ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Liċenzja mitlufa jew misruqa

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek, tinsteraqlek, titgħarraqlek jew tinqeridlek, trid tapplika għal sostituzzjoni fil-pajjiż fejn għandek ir- residenza normali .

Qed tgħix barra minn pajjiżek? Aktar informazzjoni dwar x'għandek tagħmel jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan tiegħek meta tkun qed tgħix barra pajjiżek:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Sostituzzjoni tal-liċenzja tiegħek

Il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tista' tiġi sostitwita mill-awtoritajiet fil- pajjiż fejn għandek ir-residenza normali biss.

Dawn jissostitwixxulek / jibdlulek il-liċenzja oriġinali tiegħek ma' waħda lokali.

Imbagħad tkun suġġett għar-regoli ta' dak il-pajjiż (pereżempju dwar il-prejodi ta' validità u eżamijiet mediċi).

Storja bħala eżempju

Bdil ta' liċenzja mgħarrqa maħruġa minn pajjiż ieħor tal-UE ma' waħda lokali

Monica tgħix il-Belġju u għandha liċenzja Taljana li tgħarrqitilha. Ikollha tbiddel il-liċenzja Taljana tagħha ma' waħda Belġjana. Hi se tirċievi liċenzja Belġjana b'perjodu ta' validità ta' 15-il sena, minflok ta' 10 snin bħal fl-Italja.

Jien turist

Liċenzji mitlufa jew misruqa

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek jew tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, ikkuntattja l- pulizija lokali u l-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek biex issib x'għandek tagħmel.

Il-konsulat tiegħek se jikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali li ħarġu l-liċenzja tas-sewqan tiegħek (biex jiċċekkjaw li din ma kinitx ristretta, sospiża, kanċellata jew revokata). Abbażi tal-informazzjoni li jirċievu mill-konsulat, il-pulizija mbagħad jistgħu jagħtuk dokument proviżorju li jippermettilek issuq f'dak il-pajjiż għal perjodu qasir.

Ikollok tibdel il-liċenzja meta tasal lura f'pajjiżek.

Tlift il-liċenzja waqt li kont fuq btala? Aktar informazzjoni dwar x'għandek tagħmel:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Il-liċenzji u ċ-ċertifikati proviżorji maħruġa biex jieħdu post għal żmien temporanju l-liċenzji mitlufa jew misruqa mhumiex awtomatikament rikonoxxuti f' pajjiżi oħra tal-UE.

Storja bħala eżempju

Iċċekkja li l-pajjiżi fejn se tivvjaġġa jirrikonoxxu liċenzja proviżorja

Henrik, li jgħix id-Danimarka, ippjana li jżur il-Ġermanja, Franza u l-Italja għall-btajjel tiegħu. Sfortunatament, tilef il-kartiera flimkien mal-liċenzja tas-sewqan fil-Ġermanja fil-bidu tal-btala tiegħu.

Bla liċenzja, jista' jiġi mmultat jekk iwaqqfuh il-pulizija.

Henrik ikkuntattja lill-ambaxxata Daniża fil-Ġermanja, u qalulu biex jirrapporta t-telf mal-pulizija lokali. L-ambaxxata Daniża tatu wkoll ċertifikat li jiddikjara li hu detentur legali ta' liċenzja tas-sewqan Daniża.

Henrik imbagħad ikkuntattja lill-awtoritajiet Taljani u Franċiżi biex jiċċekkja jekk jirrikonoxxux iċ-ċertifikat proviżorju maħruġ mill-awtoritajiet Daniżi.

Sostituzzjoni ta' liċenzja tas-sewqan

Meta tasal lura f'pajjiżek, staqsi lill-awtorità lokali tiegħek għal sostituzzjoni tal-liċenzja tiegħek.

Jekk il-liċenzja tiegħek tiskadi matul btala barra minn pajjiżek, awtomatikament ma tibqax valida u ma tkunx rikonoxxuta f'pajjiżi oħra.

Tista' ġġedded il-liċenzja tas-sewqan tiegħek fil-pajjiż fejn għandek ir- residenza normali . Għalhekk iċċejjka qabel ma tivvjaġġa li l-liċenzja tiegħek hi valida għat-tul ta' żmien kollu li se tkun barra pajjiżek.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri

    F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

    Retour au texte en cours.