Available languages:

L-aħħar verifika : 07/07/2017

Passaporti skaduti jew mitlufa – Malta

Il-passaporti skaduti ta' ċittadini Maltin mhumiex se jiġu aċċettati biex jitilqu minn Malta. L-awtoritajiet se jippermettu ċittadini ta' pajjiżi oħra tal-UE b'passaporti skaduti li jitilqu minn Malta biex jirritornaw lejn pajjiżhom (iżda t-trasportaturi jistgħu jirrifjutaw li jtellgħuhom abbord l-inġenju tal-ajru jew il-bastiment).

Iċ-ċittadini Maltin b'passaporti skaduti se jitħallew jerġgħu jidħlu Malta ladarba l-awtentiċità tal-passaport hija kkonfermata, peress li għandhom dritt kostituzzjonali li jidħlu f'pajjiżhom.

Iċ-ċittadini ta' pajjiż ieħor tal-UE li jippreżentaw ruħhom fil-fruntieri ta' Malta b'passaport skadut jitħallew (jerġgħu) jidħlu iżda jkollhom jiksbu, kemm jista' jkun malajr, karta tal-identità nazzjonali jew passaport validu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: