Wirt transkonfinali

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE li mhux il-pajjiż tiegħek ta' oriġini, jekk għandek assi f'aktar minn pajjiż wieħed jew jekk membru tal-familja tiegħek għex f'pajjiż differenti tal-UE meta hu jew hi tmut, għandu mnejn tistaqsi lilek innifsek:

  • f'liema pajjiż tal-UE se jkun ittrattat il-wirt (li f'termini legali hu magħruf bħala s-suċċessjoni) u
  • il-liġi nazzjonali ta liema pajjiż se tirregola l-wirt

Ir-regoli tal-UE dwar il-wirt jew is-suċċessjonijiet transkonfinali jgħinuk tittratta dawn il-kwistjonijiet.

Aqra aktar dwar:

Ir-regoli tal-UE dwar il-wirt jew is-suċċessjoni japplikaw fil-pajjiżi kollha tal-UE minbarra l-Irlanda u d-Danimarka: dawn il-pajjiżi tal-UE ddeċidew li ma jipparteċipawx. Dan ifisser li r-regoli tal-UE dwar il-wirt japplikaw kull meta l-wirt tiegħek se jiġi trattat minn awtorità ta' pajjiż tal-UE minbarra l-Irlanda u d-Danimarka.

L-aħħar verifika: 06/10/2023
Ikkondividi din il-paġna