Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 12/04/2017

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità – Franza

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Għalkemm teżisti sistema nazzjonali ta' konċessjonijiet għall-ipparkjar, jistgħu japplikaw varjazzjonijiet lokali - Iċċekkja lokalment

Il-leġiżlazzjoni tinsisti fuq aċċess bla ħlas għall-postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità u tipprojbixxi kwalunkwe xorta ta' tagħmir li jillimita l-aċċess tagħhom.

Ipparkjar fit-toroq

Tipparkjax f'toroq li fihom l-ipparkjar hu pprojbit.

Trid tħallas biex tipparkja fit-toroq li fihom meħtieġ il-ħlas. F'Pariġi u f'xi bliet oħrajn, il-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ jistgħu jiġu pparkjati fit-toroq bla ħlas - Iċċekkja lokalment

F'bosta erjas tista' tipparkja bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas iżda ristrett bil-ħin - Iċċekkja lokalment

Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Parkeġġi għall-karozzi jagħtu konċessjonijiet lill-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ.

Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: