Mistoqsijiet frekwenti - Tassazzjoni tar-riċerkaturi

Ma hemm ebda regoli li japplikaw fl-UE kollha u li jirregolaw kif ċittadini tal-UE għandhom jiġu ntaxxati fuq id-dħul tagħhom. B'mod ġenerali, jekk tagħmel l-Ungerija id-domiċilju tiegħek prinċipali tiegħek u tqatta' inqas minn 183 jum fis-sena fi Spanja, tiġi kkunsidrat resident għal skopijiet ta' taxxa f'pajjiżek. Fuq kollox,Spanja u l-Ungerija għandhom ftehim ta' tassazzjoni doppja għalhekk mhux suppost tiġi ntaxxat f'aktar minn pajjiż wieħed.
Skont il-ftehim dwar it-tassassjoni doppja bejn il-Ġermanja u l-Finlandja, ikollok tħallas it-taxxa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek (f'dan il-każ, il-Ġermanja). Għandek ukoll tgħid lill-impjegatur tiegħek fil-Finlandja li m'għadekx responsabbli li tħallas it-taxxi hemm skont il-Ftehim.
Tħallas ukoll il- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Ġermanja (il-pajjiż fejn tgħix u twettaq tal-inqas 25% minn xogħlok).
Mill-ewwel jum li ċċaqlaq ir-residenza tiegħek lejn il-Ġermanja, tkun koperta mis-sistema tas-sigurtà soċjali Ġermaniża jekk int ħaddiem.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 24/06/2024
Ikkondividi din il-paġna