Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 07/07/2017

Tiġdid u skambju tal-liċenzja tas-sewqan

Jista' jkollok biss liċenzja tas-sewqan waħda tal-UE. Din il-liċenzja tinħareġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-UE fejn tgħix abitwalment.

Jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u l-liċenzja tas-sewqn tiegħek tintiliflek, tinsteraqlek, titgħarraqlek jew tiskadilek,trid iġġeddidha, tibdilha jew tiskambjaha fil- pajjiż fejn tgħix abitwalment.

Sib ukoll x'għandek tagħmel jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek jew tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor

Skambja l-liċenzja tiegħek

Jekk tibdel ir-residenza tiegħek għal pajjiż ieħor tal-UE, normalment ma jkollokx tibdel il-liċenzja tas-sewqan tiegħek. Tista' tuża l-liċenzja li għandek bħalissa sakemm tibqa' valida.

Jekk tixtieq, tista' volontarjament tiskambja l-liċenzja tiegħek ma' waħda ekwivalenti fil-pajjiż ta' residenza l-ġdid tiegħek.

Ikollok tipprova li int resident ta' dak il-pajjiż u li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal liċenzja tas-sewqan (eż. tkun ilħaqt l-età minima, l-istat tas-saħħa tiegħek jippermettilek issuq, eċċ.).

Qabel ma l-awtoritajiet jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tiegħek, se jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' residenza preċedenti tiegħek biex jaraw li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma tkunx ġiet ristretta, sospiża jew irtirata.

Skambju obbligatorju

Meta tkun qed tgħix f'pajjiż ieħor, ikollok tiskambja l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma' waħda lokali:

  • jekk il-liċenzja tiegħek tintiliflek, tinsteraqlek jew titgħarraqlek
  • wara sentejn ta' residenza abitwali, jekk għandek liċenzja tas-sewqan għal ħajtek (jekk ikun rikjest mill-pajjiż fejn tgħix)
  • jekk twettaq reat tat-traffiku fil-pajjiż fejn tgħix

Ladarba tiskambja l-liċenzja tas-sewqan oriġinali tiegħek ma' waħda lokali, se tkun suġġett għar-regoli ta' dak il-pajjiż (pereżempju dwar il-prejodi ta' validità u l-eżamijiet mediċi).

Storja bħala eżempju

Monica tgħix Ċipru u għandha liċenzja tas-sewqan Taljana li tgħarrqitilha. Biex tikseb liċenzja ġdida, ikollha tibdel il-liċenzja Taljana ma' waħda Ċiprijotta. Hi se tirċievi liċenzja minn Ċipru b'perjodu ta' validità ta' 15-il sena, minflok ta' 10 snin bħal fl-Italja.

Ġedded il-liċenzja tiegħek

Jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u l-liċenzja tas-sewqan tal-UE tiegħek tiskadi, ikollok iġġedded il-liċenzja tiegħek fil-pajjiż fejn inti resident abitwali .

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet sospiża, ristretta, irtirata jew ikkanċellata fil-pajjiż tal-UE li ħariġha, ma tkunx tista' tiġi mġedda.

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż

Qed tgħix barra minn pajjiżek u jeħtieġlek iġġedded il-liċenzja tiegħek jew tissostitwixxi waħda mitlufa? Iċċekkja l-formalitajiet fil-pajjiż fejn tgħix:

Agħżel il-pajjiż

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri