Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/08/2017

Għandek bżonn ta' tabib/sptar barra minn pajjiżek

Jekk ikollok bżonn tara tabib jew ta' trattament fi sptar matul btala f'pajjiż ieħor tal-UE, il- Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tissimplifikalek il-proċeduri amministrattivi u tar-rimborż għall- kura tas-saħħa pubblika.

Ftakar li s-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor. F'xi pajjiżi jaf ikollok tħallas għat-trattament lit-tabib jew lill-isptar direttament, anki jekk normalment ma tagħmilx dan f'pajjiżek. TTista' ssib informazzjoni dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż li żżur mingħand istituzzjoni nazzjonali tal-kura tas-saħħa, minn Punt ta' Kuntatt Nazzjonali, permezz tal-applikazzjoni tal-ismartphone tal-EHIC, jew billi tagħżel pajjiż mil-lista hawn taħt:

Agħżel il-pajjiż:

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) hi aċċettata biss minn tobba jew sptarijiet affiljati mas-sistema tal- kura tas-saħħa statutarja - il-kura tas-saħħa privata mhix koperta. Jekk tuża l-kura tas-saħħa privata, jista' jkun il-każ li tkun tista' titlob rimborż meta tmur lura pajjiżek - iżda l-ewwel nett għandek tiċċekkja d-drittijiet tiegħek, peress li r-regoli dwar ir-rimborż ivarjaw.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li tingħata trattament taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika lokali

Minkejja l-fatt li kellha driegħ miksur Ewa marret fuq vjaġġ tan-negozju f'pajjiż ieħor tal-UE. Waqt li kienet hemm, beda juġagħha driegħha u għalhekk marret tara tabib. Meta waslet lura pajjiżha, irċeviet kont għat-trattament. Skopriet li l-ispiża ma kinitx koperta mill-assiguratur tagħha skont is-sistema EHIC peress li t-tabib taha trattament bħala pazjenta privata. Ewa setgħet titlob xi flus lura mill-assiguratur tagħha, iżda mhux l-ammont kollu, peress li l-ispiża tat-trattament barra minn pajjiżha kienet ogħla minn dik f'pajjiżha stess.

Jekk tivvjaġġa f'pajjiż barrani speċifikament għal raġunijiet mediċi, se tkun kopert b'regoli differenti.

Skopri aktar dwar pagamenti u rimborżi.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri