Mistoqsijiet frekwenti - Ir-responsabbiltà tal-ġenituri

IVA - Kull parti interessata tista' titlob biex sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija f'pajjiż tkun rikonoxxuta u infurzata f'pajjiż ieħor tal-UE.

IVA - F'każijiet eċċezzjonali, jekk it-tifel għandu konnessjoni partikolari ma' dan il-pajjiż u jekk it-trasferiment ikun għall-aħjar interess tat-tifel.

LE - L-unika qorti li tista' tittratta ma' materji li għandhom x'jaqsmu mad-divorzju/mas-separazzjoni legali tagħkom, inklużi r-responsabbiltà tal-ġenituri u d-drittijiet legali tal-ġenitur li jżur lil uliedu, hija l-ewwel qorti fejn tkun tressqet it-talba għad-divorzju.

Jiġifieri trid tieħu l-każ tiegħek quddiem dik il-qorti fil-Lussemburgu, sakemm ma tkunx tista' tagħti prova li t-tfal ikollhom rabta partikulari ma' Franza.

IVA - Għax jekk tieħu lit-tfal miegħek jista' jkun diffiċli għalih biex jieħu ħsiebhom skont kif jitlob l-arranġament dwar il-kustodja. Fil-fatt, legalment dan jista' saħansitra jitqies bħala każ ta' ħtif tat-tfal.

Kien ikollok bżonn il-kunsens tiegħu anki kieku kellek il-kustodja sħiħa, jekk xejn biex tirrispetta d-drittijiet legali tiegħu li jżur lil uliedu.

Madanakollu, triq oħra tista' tkun li tapplika għal tibdil fl-arranġamenti dwar il-kustodja jew dwar id-drittijiet legali tal-ġenitur li jżur lil uliedu. Il-qorti tista' tippermetti li jsir tibdil jekk tirraġuna li dan ikun għall-aħjar ġid tat-tfal.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 07/06/2024
Ikkondividi din il-paġna