Mistoqsijiet frekwenti - Il-familja ta’ min qed ifittex xogħol

Iva. Bħala l-konjuġi ta’ ċittadin tal-UE, hija intitolata li tingħaqad miegħek fl-Italja, diment li inti tkun qed issegwi r-regoli għall-persuni li qed ifittxu impjieg. Issib iktar informazzjoni fit-taqsima dwar ir-regoli dwar ir-residenza għall-persuni li qed ifittxu impjieg.

Drittijietek huma l-istess bħal ta’ żewġek għax inti ċittadina tal-UE. Jaf ikollok tirrapporta l-preżenza tiegħek meta tasal. Jaf ikollok tirreġistra wkoll bħala persuna li qed tfittex impjieg u tippreżenta evidenza li turi li qed tfittex xogħol. Aqra iktar dwar id-drittijiet ta’ residenza tiegħek bħala persuna li qed tfittex impjieg u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali kif ukoll ir-regoli ġenerali dwar ir-residenza għaċ-ċittadini tal-UE.

Fil-każ tiegħek japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar l-immigrazzjoni minħabba li żewġek qed jgħix fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu (nota: kienu japplikaw regoli differenti li kieku żewġek kien qed jgħix f’pajjiż ieħor tal-UE li mhuwiex il-pajjiżi tal-oriġini tiegħu). Tistax tingħaqad ma’ żewġek fil-Ġermanja jiddependi mil-liġi nazzjonali Ġermaniża.

Fil-każ tiegħek japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar l-immigrazzjoni minħabba li m’intix miżżewġa jew fi sħubija ċivili. F’idejn l-awtoritajiet nazzjonali li jiġġudikaw l-applikazzjonijiet għal residenza għal sħab fit-tul fuq bażi ta’ każ b’każ. Ir-regoli tal-UE jiggarantulek id-dritt li l-applikazzjoni tiegħek tiġi vvalutata, li tirċievi deċiżjoni bil-miktub mill-iktar fis, u d-dritt li tappella jekk l-applikazzjoni tiegħek tinċaħad. Aqra iktar dwar ir-regoli għas-sħab fit-tul li jingħaqdu ma’ persuni li qed ifittxu impjieg fil-pajjiżi tal-UE.

Iva, iż-żwieġ tiegħek jiġi rikonoxxut fil-Portugall u martek se tkun tista’ tgħix hemmhekk bħala l-konjuġi ta’ persuna li qed tfittex impjieg (diment li tkun qed taderixxi mar-regoli għall-persuni li qed ifittxu impjieg). Madankollu, dan mhuwiex il-każ fil-pajjiżi kollha tal-UE. Ir-regoli rigward iż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, kif ukoll is-sħubijiet reġistrati u l-unjonijiet ċivili bejn persuni tal-istess sess, ivarjaw minn pajjiż għal ieħor. Aqra iktar dwar ir-rikonoxximent tal-unjonijiet ċivili u s-sħubijiet reġistrati fl-UE.

Jaf tkun tista’ tikseb drittijiet ta’ residenza jekk inti dipendenti fuq bintek. Madankollu, jaf ikollha tagħti prova li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex twieżnek. Ittawwal lejn ir-regoli nazzjonali Spanjoli dwar l-immigrazzjoni biex issir taf iktar.

Tista’ tingħaqad ma’ bintek fi Spanja u tapplika għad-drittijiet ta’ residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE. Trid tapplika għal karta tar-residenza fi żmien 3 xhur mill-wasla tiegħek.

Fil-każ tiegħek japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar l-immigrazzjoni minħabba li l-Kongo mhuwiex pajjiż tal-UE, u m’għandekx membri tal-familja li huma Bulgari, jew ċittadini ta’ pajjiż ieħor tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 19/12/2024
Ikkondividi din il-paġna