Mistoqsijiet frekwenti - Sħubijiet reġistrati

LE -Il-pajjiżi li fil-liġi tagħhom stess m'għandhomx is-sħubija rreġistrata (jew tipi oħrajn ta' sħubija ekwivalenti għaż-żwieġ jew paragunabbli miegħu) mhux bilfors jirrikonoxxu sħubiji rreġistrati barra mit-territorju tagħhom.

Madankollu, il-pajjiż fejn tmur irid jirrikonoxxi s-sħubija rreġistrata tiegħek bħala prova ta' relazzjoni għal żmien twil. Dan almenu jiffaċilita d-dħul u r-residenza tas-sieħeb/sieħba, pereżempju jekk ikun/tkun ġie(t) miegħek minħabba li tkun iċċaqlaqt għal raġunijiet ta' xogħol.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 24/04/2025
Ikkondividi din il-paġna