Mistoqsijiet frekwenti - Ħtif tat-tfal

IVA - Iżda għandek biss 3 xhur biex tappella minn dik is-sentenza. Wara, il-każ jingħalaq.

IVA - Għax jekk tieħu lit-tfal miegħek jista' jkun diffiċli għalih biex jieħu ħsiebhom skont kif jitlob l-arranġament dwar il-kustodja. Fil-fatt, legalment dan jista' saħansitra jitqies bħala każ ta' ħtif tat-tfal.

Kien ikollok bżonn il-kunsens tiegħu anki kieku kellek il-kustodja sħiħa, jekk xejn biex tirrispetta d-drittijiet legali tiegħu li jżur lil uliedu.

Madanakollu, triq oħra tista' tkun li tapplika għal tibdil fl-arranġamenti dwar il-kustodja jew dwar id-drittijiet legali tal-ġenitur li jżur lil uliedu. Il-qorti tista' tippermetti li jsir tibdil jekk tirraġuna li dan ikun għall-aħjar ġid tat-tfal.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 14/06/2024
Ikkondividi din il-paġna