Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 05/09/2016

shopping

Soluzzjoni informali għat-tilwim tal-konsumaturi

Ikkuntattja l-operatur tas-suq

Bħala l-ewwel pass, ikkuntattja d-dipartiment tas-servizz tal-klijenti tal-operatur tas-suq tiegħek - id-dettalji ta' kuntatt normalment jinsabu fuq is-sit web tal-operatur tas-suq. Għidilhom li naqsu milli jikkonformaw mal-liġi tal-UE jew nazzjonali, u staqsihom biex isolvu l-problema. Tista' tirreferihom għall-obbligi tagħhom, kif deskritt fil-qosor f'din il-paġna. Dejjem tajjeb li tappoġġja t-talba tiegħek bi prova (fattura, kuntratt, eċċ.). Jekk dan il-metodu ma jaħdimx, ikkunsidra li tieħu passi oħrajn.

Storja bħala eżempju

Jutta, mill-Ġermanja, ma kinitx sodisfatta bil-veloċità tal-konnessjoni tal-internet tagħha, li kienet aktar baxxa minn dik dikjarata fil-kuntratt tagħha.

Ikkuntattjat il-fornitur tal-internet biex tilmenta, dan wassal sabiex iżidu l-veloċità tal-konnessjoni tagħhom. Jutta ma kellhiex bżonn tieħu aktar azzjoni.

Jekk inti u l-operatur tas-suq ma tistgħux issolvu t-tilwim kuntrattwali tagħkom direttament, l-operatur tas-suq għandu jinfurmak dwar passi ulterjuri, bħal:

Ikkuntattja organizzazzjoni tal-konsumaturi jew l-awtorità regolatorja

Organizzazzjonijiet tal-konsumaturi English f'pajjiżek jistgħu normalment ukoll:

  • jipprovdulek aktar informazzjoni dwar drittijietek
  • jieħdu azzjoni biex jgħinuk tinforzahom.

Jekk għandek problema ma' fornitur ta' servizz, tista' wkoll tikkuntattja l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti. Kull settur għandu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tiegħu, li r-responsabbiltà speċifika tiegħu tista' tvarja minn pajjiż għal pajjjiż. Ħafna awtoritajiet regolatorji għandhom proċeduri speċifiċi għal fornituri tas-servizzi fis-settur tagħhom u jistgħu jsolvu t-tilwim b'mod ġust u mgħaġġel.

Għal aktar tagħrif:

  • l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis- settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi English
  • l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali/l-Ombudsman fis- settur tal-enerġija English
  • l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis- settur finanzjarju English

Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi

Jekk għandek kwalunkwe problema meta tixtri oġġetti jew servizzi f'pajjiż barrani fl-UE, in-Norveġja jew l-Iżlanda, ikkuntattja wieħed miċ- Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi English . Dawn jeżistu biex:

  • jinfurmawk dwar drittijietek skont il-liġi tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-konsumatur
  • jagħtuk parir dwar modi possibbli ta' kif tista' ssegwi l-ilment tiegħek bħala konsumatur
  • jgħinuk tilħaq ftehim amikevoli mal-operaturi tas-suq f'pajjiż barrani li mingħandhom xtrajt l-oġġetti jew is-servizzi, kemm jekk onlajn jew wiċċ imb wiċċ.
  • jiddireġuk lejn korp xieraq jekk l-ECC-Net ma jistax jgħinek.

Iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jistgħu jgħinuk mingħajr ħlas jekk:

  • għandek problema ma' operatur tas-suq ibbażat f'pajjiż ieħor tal-UE
  • int diġa lmentajt mal-operatur tas-suq bil-miktub
  • int qed tilmenta bħala individwu, mhux f'isem kumpanija

Storja bħala eżempju

Triona, minn Donegal fl-Irlanda, xtrat laptop minn sit web fir-Renju Unit. Sfortunatament, meta hi waslet lura skopriet li dan ma kienx jaħdem kif suppost. L-operatur tas-suq ta l-parir li tibagħtu lura lill-manifattur għat-tiswija. Hi għamlet dan, iżda ma għaddiex wisq żmien qabel mad-difett reġa tfaċċa.

Triona kkuntattjat l-operatur tas-suq biex tingħata l-flus lura, iżda qalulha li t-talba tagħha ma tistax tkun ikkunsidrata sakemm il-laptop ma jissewwiex 3 darbiet. F'dan il-punt, hi kkuntattjat lill-ECC Irlandiż għall-għajnuna. L-uffiċċju Irlandiż ixxerja l-każ mal-kontraparti tiegħu fir-Renju Unit, li beda billi kkuntattja lill-operatur tas-suq. L-intervent tal-ECC tar-Renju Unit kien suċċess, bl-operatur tas-suq jiġbor il-laptop u jagħti lil Triona rimborż sħiħ ta' EUR 445.92.

Jekk tikkuntattja l-operatur tas-suq jew iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, kif deskritt hawn fuq, xorta waħda għandek id-dritt li tressaq il-każ tiegħek quddiem qorti fi stadju aktar tard.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

Sib għajnuna u pariri