Mistoqsijiet frekwenti - Elezzjonijiet tal-pajjiż ta' oriġini

Jista’ jagħti l-każ li tista’. Il-kundizzjonijiet tal-votazzjoni jiddeċidihom individwalment kull pajjiż tal-UE, u għalhekk ir-regoli jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Madankollu, jekk tixtieq tivvota fl-elezzjonijiet nazzjonali ta’ pajjiżek, jista’ jkun il-każ li jrid ikollok ismek fir-reġistru elettorali. Dan x’aktarx li ma jsirx awtomatikament jekk m’intix residenti hemmhekk. Ara x’inhuma r-regoli f’pajjiżek biex issir taf aktar.
Jista’ jagħti l-każ li tista’. Dan jiġi stabbilit fil-livell nazzjonali (jiġifieri mhuwiex b’liġi tal-UE). Madankollu, tista’ tivvota fl-elezzjonijiet muniċipali u Ewropej fil-pajjiż ospitanti bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu.
Jista’ jagħti l-każ li tista’. Ir-regoli jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Agħti daqqa t’għajn lejn il-website tal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż rilevanti biex issir taf jekk il-fatt li ismek ikun irreġistrat biex tivvota f’pajjiż partikulari jeskludikx milli tkun fir-reġistri elettorali f’pajjiż ieħor.
L-Irlanda hija wieħed mill-pajjiżi tal-UE li ma jippermettux liċ-ċittadini tagħhom jivvutaw meta jkunu qed joqogħdu barra minn pajjiżhom dment li ma jkunux eżentati b’mod espliċitu minn din il-kundizzjoni (dan japplika għal kwalunkwe tip ta’ elezzjoni: ġenerali, muniċipali, reġjonali, jew Ewropea). Lanqas ma tista’ tivvota fl-elezzjonijiet Ġermaniżi minħabba li dan jistgħu jagħmluh biss iċ-ċittadini Ġermaniżi. Madankollu, tista’ tivvota fl-elezzjonijiet muniċipali Ġermaniżi kif ukoll fl-elezzjonijiet Ewropej bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini Ġermaniżi.
Iva. Kull pajjiż jiddeċiedi jekk iħallix liċ-ċittadini mhux residenti jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali jew le. Fi Franza, iċ-ċittadini li jgħixu barra mill-pajjiż jitħallew jivvutaw fl-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari, irrispettivament minn kemm ikunu ilhom jgħixu barra minn pajjiżhom. Ivverifika li ismek ikun imniżżel fir-reġistru elettorali.
X’aktarx li le. Anki jekk il-pajjiż tal-oriġini tiegħek jippermettilek tivvota fl-elezzjonijiet ġenerali minn barra l-pajjiż, jista’ jkun li tkun tneħħejt mir-reġistri tal-votanti. Ikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tiżgura li ma titlifx l-opportunità li tivvota.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 05/05/2025
Ikkondividi din il-paġna