Mistoqsijiet frekwenti - Riċetti barra mill-pajjiż spejjeż u rimborżi

LE - Bħala ċittadin tal-UE, jekk timrad b’mod mhux mistenni matul żjara temporanja barra minn pajjiżek – kemm jekk tkun btala, vjaġġ ta’ negozju jew matul l-istudji tiegħek – il-karta tal-EHIC tintitolak li tirċievi l-kura meħtieġa bl-istess kundizzjonijiet bħall-persuni assigurati fil-pajjiż fejn tinsab. Dan ifisser li se tħallas l-istess prezz fl-ispiżerija bħal xi ħadd li hu assigurat f’dak il-pajjiż. F’xi pajjiżi tal-UE, dan jista’ jfisser li ma jkollok tħallas xejn, filwaqt li f’oħrajn jista’ jkollok tħallas.
Jekk m’għandekx l-EHIC, ikollok tħallas l-ispiża sħiħa tal-prodott mogħti fl-ispiżerija. Imbagħad għandek titlob il-flus lura mingħand l-assiguratur tiegħek meta tmur lura f’pajjiżek.
IVA – Jekk ikollok riċetta minn pajjiż ieħor tal-UE u tixtieq li tużaha barra minn pajjiżek meta tkun qed tivvjaġġa, x’aktarx ikollok tħallas l-ispiża kollha tal-mediċina bir-riċetta tat-tabib tiegħek fl-ispiżerija. Imbagħad għandek titlob il-flus lura mingħand l-assiguratur tiegħek meta tmur lura f’pajjiżek. Int tiġi rimborżat jekk il-mediċina normalment tiġi rimborżata mis-sistema nazzjonali tiegħek tal-assigurazzjoni tas-saħħa.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 04/11/2022
Ikkondividi din il-paġna