Jekk ma ssibx xogħol

Meta tmur lura pajjiżek qabel id-data stabbilita fil-formola U2 tiegħek

Jekk tirritorna fil-pajjiż li jkun qed iħallas il-benefiċċji tiegħek qabel ma jispiċċa l-perjodu speċifikat fuq il- formola U2 tiegħek, inti se tibqa' tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad li tkun ingħatajt. It-tul taż-żmien u t-total tal-ammont ta' benefiċċji tal-qgħad li inti intitolat għalihom mhux se jinbidlu.

Storja bħala eżempju

Inti intitolat għal 8 xhur benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn spiċċajt bla xogħol. Tirċievi l-benefiċċji ta' xahrejn hemm stess, u mbagħad ta' xahrejn oħra f'pajjiż ieħor. Mela, tkun għadek intitolat għall-benefiċċji ta' 4 xhur meta tmur lura.

Jekk ma rnexxilekx issib xogħol fl-ewwel pajjiż li mort tfittex, tista' tmur tfittex f'pajjiż ieħor. Jekk trid tibqa' tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad waqt li tkun barra pajjiżek, għandek bżonn:

Twissija

Staqsi fiċ-ċentru tal-impjiegi tiegħek jekk għandikx bżonn tmur lura pajjiżek biex tapplika għal din l-awtorizzazzjoni l-ġdida jew tistax tapplika minn hemm stess.

  • aqbel ma' kull verifika magħmula dwar it-talba għall-benefiċċji tal-qgħad fit-tieni pajjiż, daqs li kieku inti qed tirċevi l-benefiċċji tal-qgħad minn hemm.

It-total taż-żmien li inti tqatta' barra pajjiżek (jiġifieri f'kull pajjiż) m'għandux jaqbeż it-tliet xhur (bil-possibbiltà li jiġi estiż għal sitt xhur, jekk l-awtorità li qed tħallas il-benefiċċji tiegħek taqbel).

Meta tibqa' barra pajjiżek iktar mid-data stabbilita fil-formola U2 tiegħek

Jekk tibqa' iktar minn tliet xhur fil-pajjiż l-ieħor bla ma ssib xogħol u bla ma jkollok estensjoni, inti se titlef id-dritt għal kull benefiċċji tal-qgħad hekk kif jispiċċa l-perjodu stabbilit fil-formola U2 tiegħek u jkollok terġa' tikkwalifika. Dan ifisser li hemm iċ-ċans li jkollok taħdem għal xi żmien qabel ma terġa' tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad.

Jekk taħseb li ma tistax tmur lura fi żmien tliet xhur, inti għandek tikkuntattja s-servizzi tal-impjieg fil-pajjiż fejn kont spiċċajt bla xogħol qabel ma jiskadu t-tliet xhur, u titlobhom estensjoni.

Twissija

Applika għall-estensjoni malajr kemm jista' jkun. Inti għandek tapplika għall-estensjoni qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-ewwel tliet xhur.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li tapplika għall-estensjoni tiegħek fil-ħin

Ramón huwa Spanjol li mar l-Ungerija u miegħu ħa l-formola U2 (dik li qabel kienet il-formola E 303) sabiex ikun jista' jibqa' jirċievi l-benefiċċji tal-qgħad sakemm ikun qiegħed barra pajjiżu. Iżda kellu jibqa' ftit żmien iktar minħabba intervista tax-xogħol importanti. Meta Ramón mar lura Spanja, ma kienx għadu intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad.

Sabiex tevita din is-sitwazzjoni, għandek dejjem tapplika għall-estensjoni miċ-ċentru nazzjonali tal-impjieg tiegħek qabel ma jagħlaq il-perjodu ta' tliet xhur. Hemm ċans li hemmhekk jaċċettaw li jibqgħu jħallsu l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek għal tliet xhur oħra sakemm inti tkun qed tfittex xogħol barra pajjiżek. Jekk ma rċevejt l-ebda risposta jew tinsab inċert jekk intix se tirċievi l-estensjoni, l-aħjar ħaġa li tista' tagħmel hi li tmur lura qabel ma jgħaddi l-perjodu ta' tliet xhur.

Jekk tmur lura pajjiżek jew tapplika għall-estensjoni wara li jkunu għaddew l-ewwel tliet xhur, tkun qed tirriskja li titlef il-benefiċċji, bħal Ramón.

Jekk stess m'intix tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad, ħadd ma jista' jisfurzak biex titlaq il-pajjiż il-ġdid tiegħek diment li jkollok il-provi li juru li għadek qed tfittex xogħol u li għandek ċans tajjeb li ssib wieħed.

Twissija

Żomm kopji tal-applikazzjonijiet għax-xogħol, l-inviti għall-intervisti u kull tweġiba li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet tiegħek.

It-talba għall-benefiċċji tal-qgħad wara li tkun ħdimt barra

Jekk titlef xogħlok, ġeneralment għandek titlob il- benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn tkun ħdimt l-aħħar.

Jekk matul l-aħħar perjodu ta' ħidma, jew ta' ħidma għal rasek inti kont ħaddiem bejn il-fruntieri ( qed tgħix f'pajjiż tal-UE differenti minn dak li qed taħdem fih, u tirritorna hemm ta' lanqas darba fil-ġimgħa) allura għandek titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż li qed tgħix fih, u tibbaża fuq il-perjodi ta' ħidma tiegħek barra pajjiżek. Se jkollok bżonn tirrikjedi formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301) fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

Jekk matul l-aħħar perjodu ta' ħidma jew ta' ħidma għal rasek inti kont residenti f'pajjiż tal-UE differenti minn dak li kont qed taħdem fih, imma kont tmur lura inqas minn darba fil-ġimgħa, inti tista' titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż ta' residenza tiegħek jew fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar. Jekk tmur lura lejn il-pajjiż ta' residenza tiegħek, se jkollok bżonn tirrikjedi formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301) fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

Anki mingħajr il-formola, l-awtorità responsabbli mit-talba tiegħek xorta waħda tista' ġġib l-informazzjoni direttament mill-pajjiżi l-oħra. Iżda jekk ikollok il-formola U1 kompluta, x'aktarx ikun aħjar għalihom biex jipproċessaw it-talba tiegħek iżjed malajr.

Sabiex issir taf x'inhuma l-benefiċċji tal-qgħad li int intitolat għalihom, l-aħjar ħaġa li tista' tagħmel hi li tikkuntattja s-servizzi nazzjonali tal-impjieg fil-pajjiż fejn tixtieq tapplika għall-benefiċċji.

Dokumenti meħtieġa

  • Il- formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301): dikjarazzjoni tal-perjodi rilevanti għall-għotja tal-benefiċċji tal-qgħad.

Tista' ġġib din il-formola mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg tal-pajjiż (jew il-pajjiżi) fejn inti ħdimt l-aħħar. Imbagħad għandek tibgħatha lis-servizzi nazzjonal tal-impjieg tal-pajjiż fejn tixtieq tapplika għall-benefiċċji.

  • Il- formola U2 (dik li qabel kienet il-formola E 303): awtorizzazzjoni biex tesporta l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek lejn pajjiż ieħor.

Tista' ġġib din il-formola mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg tal-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol. Imbagħad għandek tibgħatha lis-servizz nazzjonali tal-impjieg tal-pajjiż fejn tkun qed tfittex xogħol sabiex tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol hemm.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 19/05/2022
Ikkondividi din il-paġna