Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 06/2012
Bħala ċittadin tal-UE, tista' tivvjaġġa bla tfixkil bil-qattus, il-kelb jew in-nemes tiegħek jekk dan għandu passaport Ewropew għall-annimali tad-dar. Dan il-passaport jista' jiġi akkwistat mingħand veterinarju awtorizzat u għandu jkun fih id-dettalji dwar tilqima valida kontra r-rabja.
Jekk għandek kelb, qattus jew nemes li għandu anqas minn 3 xhur (u li mhux imlaqqam kontra r-rabja), iċċekkja r-regoli nazzjonali
English.
Il-passaport tal-UE għall-annimali tad-dar hu biss għall-klieb, il-qtates u l-inmsa. Jekk għandek annimali tad-dar oħrajn, bħall-fniek jew kanarini, għandek tiċċekkja r-regoli nazzjonali
English rilevanti meta teħodhom miegħek ġo jew barra pajjiżek.
Jekk tieħu miegħek annimal il-Finlandja, l-Irlanda, Malta jew ir-Renju Unit, dan jeħtieġlu jiġi kkurat kontra d-dud fl-intestini Echinococcus kif ġej:
L-annimal tiegħek ikun jeħtieġlu mikroċippa elettronika jew tattwaġġ li jinqara b'mod ċarli jkun sar qabel it-3 ta' Lulju 2011 bl-istess kowd bħal dik mogħtija fil-passaport.
Tista' tieħu miegħek annimali jew pjanti – inklużi biċċiet minnhom – meta tivvjaġġa fil-pajjiżi tal-UE. Iżda l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għandhom regoli stretti dwar it-trasport ta' speċijiet li jinsabu f'periklu jew ta' prodotti li jittieħdu minnhom. Għandu mnejn jinħtieġlek permess biex tivvjaġġa b'ċerti speċijiet.
Biex issib tagħrif dwar speċi speċifika, għandek dejjem tiċċekkja l-bażi tad-dejta ta' referenza tal-UE dwar il-kummerċ tal-annimali selvaġġi
English. Tista' tikkuntattja wkoll l-awtorità tas-CITES
English
español
français f'pajjiżek biex tkun taf jekk l-ispeċijiet li trid tivvjaġġa bihom jeħtiġilhomx ċertifikat.
Matul epidemiji ta' mard ta' annimali, jista' jkun hemm restrizzjonijiet lokali dwar il-moviment ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw minn annimali. Ikkuntattja l-awtoritajiet veterinarji rilevanti jekk qed tippjana li ġġorr annimali.
Kaya marret il-Greċja fuq vaganza. Marret lura d-dar f'Malta b'ġiżirana magħmula minn qxur ta' frieken tal-baħar. Uffiċjal tad-dwana staqsieha għall-permess tagħha. Billi ma kellhiex permess, hu kkonfiskalha l-ġiżirana. B'mod ġenerali, il-prodotti jistgħu jiċċaqalqu b'mod ħieles fil-pajjiżi tal-UE. Iżda jeżistu kontrolli stretti dwar il-moviment ta' ċerti speċijiet mhedda bejn il-pajjiżi. Id-darba li jmiss, Kaya għandha tikkuntattja l-awtorità Maltija tas-CITES biex tkun taf jekk il-prodott li trid iġġib lura jeħtiġlux ċertifikat.
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja