Mistoqsijiet frekwenti - Trasferiment tal-benefiċċji tal-qgħad
Kif nista' nkun ċert li ma nitlifx il-benefiċċji tal-qgħad jekk immur infittex impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE?
Meta tkun ilek 4 ġimgħat irreġistrat, tista' tapplika għal formola U2 mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol. Din il-formola tawtorizzak biex tkompli tingħata l-benefiċċju tal-qgħad waqt li tkun qed tfittex impjieg barra pajjiżek. Meta jkollok il-formola, agħtiha lis- servizzi nazzjonali tal-impjiegi fil-pajjiż ġdid tiegħek.
Meta tasal fil-pajjiż il-ġdid, irreġistra biex turi li lest li taħdem mas-servizz lokali tal-impjiegi. Evita li titlef kwalunkwe benefiċċju, agħmel dan fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha tkun għarraft li ma għadekx disponibbli biex taħdem lis-servizzi tal-impjiegi fil-pajjiż li tkun tlaqt minnu.
Meta għandi napplika għal estensjoni tat-transferiment tal-benefiċċju tal-qgħad tiegħi?
Biex tiżgura li ma titlef l-ebda benefiċċji tal-qgħad, għandek tapplika għal estensjoni malajr kemm jista' jkun. Jeħtieġlek tapplika qabel ma jgħaddu l-ewwel 3 xhur.
Ninsab bla xogħol u ġej mill-Bulgarija. Nista' nfittex xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE u nittrasferixxi l-benefiċċji tiegħi hemmhekk?
IVA — fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-Iżvizzera għadha tapplika restrizzjonijiet fuq ċittadini Bulgari, Kroati u Rumeni.
Dawn ir-restrizzjonijiet kultant jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tiegħek li tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad lejn dawn il-pajjiżi. Jekk tixtieq tfittex xogħol hemm, iċċekkja l-ewwel ma' konsulent dwar l-impjiegi Ewropej biex tkun taf liema restrizzjonijiet japplikaw.
Jien Pollakk u ġejt infittex impjieg fl-Irlanda. Għandi dritt għall-għajnuna mill-uffiċċju lokali tal-impjiegi anki jekk qatt ma ħdimt jew għext hemm?
IVA — bħala ċittadin tal-UE, għandek l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-Irlanda biex issib xogħol u biex tingħata għajnuna mill-uffiċċju tal-impjiegi tal-Irlanda.