Il-liv tal-ġenituri
L-impjegati (irġiel u nisa) għandhom id-dritt għal liv tal-ġenituri mat-twelid jew l-adozzjoni ta' tifel jew tifla - irrispettivament mit-tip tal-kuntratt tagħhom (part-time, full-time, eċċ.).
Ma tistax tkeċċi membri tal-istaff għaliex huma jitolbu liv tal-ġenituri, jew tittrattahom b'mod anqas favorevoli minn staff ieħor.
Iż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt tal-anqas għal 4 xhur liv kull wieħed. Bħala regola ġenerali, l-impjegati ma jistgħux jittrasferixxu dritt ta' liv tal-ġenituri lil xulxin. Madankollu, xi pajjiżi jistgħu jippermettulhom li tiġi trasferita parti minn dak li għandhom dritt għalih, iżda għal mhux aktar minn 3 xhur.
Twissija
Skont ir-regoli tal-UE, l-istaff jista' jieħu liv tal-ġenituri meta jrid sakemm it-tfal jagħlqu tmien snin. Madankollu, dan il-limitu ta' età jista' jkun aktar baxx f'xi pajjiżi, skont il-liġi nazzjonali.
Wara li jieħu l-liv tal-ġenituri, impjegat għandu dritt jirritorna għall-istess impjieg. Jekk dan mhux possibbli, ikollok toffrilu impjieg simili skont il-kuntratt tax-xogħol tiegħu.
Jekk impjegati li jkunu qed jirritornaw għax-xogħol jitolbu tibdil temporanju fil-ħinijiet/skemi tax-xogħol tagħhom, inti obbligat li tikkunsidra b'mod xieraq din it-talba u tagħti raġunijiet kummerċjali sodi għal kull rifjut.
Ara wkoll: