Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 20/09/2016

work

Kopertura tas-sigurtà soċjali barra minn pajjiżek

Minn liema pajjiż tkun kopert jiddependi minn 2 fatturi:

  • is- sitwazzjoni ta' xogħol tiegħek (impjegat, taħdem għal rasek, qiegħed, misluf barra, taħdem fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera minn fejn tgħix, eċċ.)
  • il-pajjiż fejn int residenti - mhux in-nazzjonalità tiegħek.

Ma tistax tagħżel f'liema pajjiż tkun kopert.

Meta taħdem jew tgħix f'pajjiż ieħor, ikollok is-sigurtà soċjali jew minn pajjiżek jew mill-pajjiż li qed jospitak. Fi kwalunkwe każ, ikollok tagħmel arranġamenti biex tiżgura li tibqa' kopert wara li tmur fil-pajjiż il-ġdid.

Biex tevita problemi li jistgħu jkunu serji, fittex ftit dwar is-sigurtà soċjali tal-pajjiż il-ġdid.

X'tagħmel jekk tkun:

Tgħix u taħdem barra pajjiżek

Bħala ħaddiem migrant fl- UE - impjegat jew li taħdem għal rasek - għandek tirreġistra mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li qed jospitak.

B'hekk int u d-dipendenti tiegħek tkunu koperti bis-sistema ta' sigurtà soċjali ta' dak il-pajjiż. Il- benefiċċji tiegħek relatati mal-mard, familja, qgħad, pensjonijiet, inċidenti u mard relatati max-xogħol, irtirar bikri u mewt jiġu ddeterminati mil-liġijiet lokali.

Perjodi ta' kwalifika

F'ħafna pajjiżi, il-benefiċċji li inti intitolat għalihom jiddependu fuq kemm tkun ilek tħallas il-kontribuzzjonijiet.

Il-pajjiż fejn tikklejmja l-benefiċċji jkollu jqis il-perjodi kollha li int ħdimt jew il-kontribuzzjonijiet kollha li ħallast f'pajjiżi oħra tal-UE daqslikieku ilek kopert fil-pajjiż mill-bidu.

Jekk ma jagħmilx dan, ikkuntattja s- servizzi tal-assistenza tagħna biex jgħinuk.

Storja bħala eżempju

Kull perjodu ta' xogħol fl-UE jgħodd għall-benefiċċji

Ania (Pollakka) ħadmet 6 snin fil-Polonja qabel ma marret il-Ġermanja, fejn ħadmet għal sentejn.

Imbagħad ħabtet bil-karozza u spiċċat ma timxix, allura applikat għall-pensjoni tal-invalidità kemm fil-Polonja kif ukoll fil-Ġermanja.

L-awtoritajiet Ġermaniżi ċaħdu l-applikazzjoni ta' Ania għax kienet inqas minn 5 snin taħdem hemm (iż-żmien minimu biex tikkwalifika għall-pensjoni tal-invalidità fil-Ġermanja).

Madankollu, meta ħadmu s-snin ta' ħidma ta' Ania, l-awtoritajiet misshom inkludew iż-żmien li ħadmet fil-Polonja. Dan kien iwassal għal perjodu ta' 8 snin, sew 'il fuq mill-minimu tal-Ġermanja.

Għaldaqstant, Ania suppost li kienet intitolata għall-pensjoni tal-invalidità kemm mill-Ġermanja kif ukoll mill-Polonja - kull pajjiż iħallas il-proporzjon skont kemm Ania ħadmet hemm.

Meta tintbagħat taħdem f'pajjiż barrani għal żmien qasir (<2 snin)

Bħala ħaddiem ikkollokat jew professjonist li taħdem għal rasek, tista' taħdem temporanjament f' pajjiż ieħor tal-UE u tibqa' kopert bis-sistema ta' sigurtà soċjali ta' pajjiżek - għal mhux aktar minn sentejn.

Dan m'għandux ikollu impatt fuq id-drittijiet ta' sigurtà soċjali tiegħek jew ta' familtek: il-kopertura tas-saħħa, l-allowances tal-familja, il-pensjoni ta' diżabbiltà jew tax-xjuħija, eċċ.

Biex ikollok aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, ikseb kard tal-EHIC

Ikseb Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) biex ikollok aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn int ikkollokat. Tista' tikseb EHIC mill-fornituri tal-kura tas-saħħa tiegħek jew mill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali f'pajjiżek.

Jekk tibdel ir-residenza tiegħek għall-pajjiż li qed jospitak, itlob l-awtoritajiet tal-kura tas-saħħa f'pajjiżek għal formola S1 minflok. Agħti l-formola S1 lill-awtoritajiet tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti meta tasal.

Biex tibqa' fis-sistema ta' sigurtà tas-saħħa ta' pajjiżek se jkollok bżonn formola A1

Din turi li għadek kopert bis-sistema ta' pajjiżek waqt li tinsab f'pajjiż ieħor - sa sentejn.

  • Jekk int impjegat, kun ċert li min iħaddmek jagħtik il-formola A1;
  • Jekk inti taħdem għal rasek, ġib il-formola A1 mill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali fejn int irreġistrat f'pajjiżek. Biex tikseb il-formola, trid turi li l-attivitajiet li biħsiebek tagħmel fil-pajjiż l-ieħor huma "simili" ta' dawk li għamilt f'pajjiżek stess.

Trid tkun kapaċi tippreżenta l-formola A1 lill-awtoritajiet fi kwalunkwe żmien waqt li tkun fil-pajjiż l-ieħor. Jekk ma tkunx tista' tagħmel dan, jista' jkollok tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali hemm. Jekk tkun soġġett għal verifika fuq il-post mill-ispettorat tax-xogħol u jkollok formola A1 valida, il-pajjiż li qed jospitak irid jirrikonoxxiha.

Storja bħala eżempju

Il-pajjiż ospitanti għandu jirrikonoxxi l-formola A1 valida tiegħek.

Alan huwa ħaddiem tal-kostruzzjoni Ċek li jaħdem għal rasu u li mar jaħdem l-Irlanda. L-ispetturi żaru sit ta' kostruzzjoni fejn kien qed jaħdem u qalu li l-formola A1 ta' Alan ma kinetx valida; rieduh iħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Irlanda.

Madankollu l-awtoritajiet Irlandiżi ma kellhomx dritt jiġġudikaw jekk Alan kienx ħaddiem ikkollokat ġenwin jew le. Huwa biss pajjiżu, fejn kien qed jaħdem qabel ma ġie kkollokat u fejn se jerġa' jmur wara, li jista' jiddikjara jekk formola A1 hijiex valida.

L-awtoritajiet Irlandiżi kellhom jammettu li Alan ma kellux iħallas kontribuzzjonijiet fl-Irlanda.


Jekk iddum aktar minn sentejn

Kollokamenti ta' aktar minn sentejn

Huwa ċar mill-bidu li se tkun qed taħdem f'pajjiż ieħor għal aktar minn sentejn?

Tista' titlob eżenzjoni biex tibqa' kopert bis-sistema ta' sigurtà soċjali f'pajjiżek għaż-żmien li se ddum ikkollokat.

L-eżenzjonijiet ivarjaw minn każ għal ieħor u jeħtieġu l-ftehim tal-awtoritajiet tal-pajjiżi involuti : pajjiżek u l-pajjiż li se jospitak. L-eżenzjonijiet huma validi għal perjodu speċifiku biss.

Jekk tkompli taħdem barra minn pajjiżek għal aktar minn sentejn mingħajr eżenzjoni, ikollok taqleb għas-sistema ta' sigurtà soċjali lokali u tħallas il-kontribuzzjonijiet hemm.

Jekk ma tridx taqleb is-sistemi, trid tieqaf taħdem għal mill-inqas xahrejn.

Dewmien f'kollokament

Ma stajtx tlesti x-xogħol speċifikat fil-formola A1 tiegħek minħabba ċirkostanzi imprevedibbli bħal mard, temp, dewmien fil-fornimenti, eċċ.?

Min qed jimpjegak jista' jirrikjedi estensjoni tal-perjodu inizjali tal-kollokkament tiegħek sakemm ix-xogħol li kien ippjanat jitlesta.

Madankollu, it-tul ta' żmien li tista' taħdem fil-pajjiż ospitanti filwaqt li tibqa' kopert bis-sistema ta' sigurtà soċjali f'pajjiżek xorta huwa limitat għal sentejn b'kollox.

Biex tikseb estensjoni, trid titlobha mill-awtoritajiet li ħarġulek il-formola A1 qabel it-tmiem tal-perjodu inizjali tal-kollokkament.

Impjegat taċ-ċivil issekondat barra

Jekk taħdem maċ-ċivil u ġejt issekondat f' pajjiż ieħor tal-UE (f'ambaxxata, konsulat jew istituzzjoni uffiċjali oħra), se tkun kopert bis-sistema ta' sigurtà soċjali f'pajjiżek.

Dan ifisser li l- benefiċċji tiegħek relatati mal-mard, familja, pensjonijiet, inċidenti u mard relatati max-xogħol, irtirar bikri u mewt jiġu ddeterminati skont il-liġijiet ta' pajjiżek.

Japplikaw sett ta' regoli ġodda jekk tisfa bla xogħol waqt li tkun issekondat.

Taħdem f'pajjiż filwaqt li tgħix f'ieħor (ħaddiem bejn il-fruntieri)

Bħala ħaddiem bejn il-fruntieri - kemm jekk int impjegat jew taħdem għal rasek:

  • Tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u inti kopert mill- pajjiż tal-UE fejn taħdem
  • Madankollu tista' tikseb kura medika fil-pajjiż fejn tgħix.
  • Jekk titlef xogħlok, għandek tapplika għall-benefiċċji fil-pajjiż fejn tgħix.

Japplikaw regoli speċjali għall- kura tas-saħħa u għall- qgħad. Kun ċert li tifhem ukoll kif id- drittijiet tal-pensjoni u l- benefiċċji tal-familja tiegħek se jkunu affettwati.

Storja bħala eżempju

Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — jitħallsu biss fil-pajjiż fejn taħdem

Balázs kien jgħix l-Ungerija u jaħdem l-Awstrija. Kien iħallas il-kontribuzzjonijiet fl-Awstrija. Madankollu, l-awtoritajiet Ungeriżi issa qed isostnu li kellu jħallas il-kontribuzzjonijiet fl-Ungerija.

Il-ħaddiema ta' bejn il-fruntieri fl-UE huma koperti minn sistema ta' sigurtà nazzjonali waħdanija - fil-pajjiż fejn jaħdmu. Dak li qed jgħidu l-awtoritajiet Ungeriżi mhux minnu.

Xogħol f'iktar minn pajjiż wieħed

Ir-regola bażika hija li jekk taħdem f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE iżda tagħmel parti sostanzjali minn xogħlok (tal-inqas 25%), fil-pajjiż fejn tgħix, tkun kopert bil-liġijiet tal-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Każijiet speċjali

Jekk int ...

Il-pajjiż fejn int kopert

Taħdem inqas minn 25% ta' ħinek fil-pajjiż ta' residenza tiegħek

Fejn jinsabu l-kwartieri ewlenin jew negozju ta' min iħaddmek

Taħdem inqas minn 25% tal-ħin fil-pajjiż ta' residenza tiegħek għal żewġ impjegaturi b'uffiċċju prinċipali f'pajjiżi differenti, wieħed fil-pajjiż ta' residenza tiegħek u wieħed barra mill-pajjiż ta' residenza

Fejn l-uffiċċju prinċipali ta' min iħaddmek jew il-post tan-negozju jinsab barra mill-pajjiż ta' residenza tiegħek

Taħdem inqas minn 25% tal-ħin fil-pajjiż ta' residenza tiegħek għal żewġ impjegaturi b'uffiċċju prinċipali f'pajjiżi differenti barra mill-pajjiż ta' residenza tiegħek

Il-pajjiż ta' residenza tiegħek

Taħdem għal rasek u tiżvolġi inqas minn parti sostanzjali ta' xogħlok fil-pajjiż ta' residenza tiegħek

Fejn jinsab iċ-ċentru ta' interess tal-attivitajiet tiegħek

Għandek xogħol f'pajjiż u tagħmel xogħol għal rasek f'pajjiż ieħor

Fejn għandek impjieg

Tfittex ix-xogħol

Qed tieħu benefiċċji tal-qgħad?

Jekk qed tieħu benefiċċju tal-qgħad mill- pajjiż tal-UE li fih spiċċajt bla xogħol, id-drittijiet (bħall-assigurazzjoni tas-saħħa, l-allowance tal-familja, l-invalidità jew id-drittijiet għall-pensjoni tax-xjuħ) tiegħek (jew tal-familja tiegħek) mhux se jiġu affettwati jekk tmur tfittex xogħol barra.

Biex tiżgura li int u familtek tkunu koperti għas-saħħa waqt li tkunu temporanjament f'pajjiż ieħor, tinsiex tikseb Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).

Meta mbagħad issib xogħol, jistgħu japplikaw regoli differenti dwar is-sigurtà soċjali.

Ara ftit ir-regoli ta' pajjiżek

M'intix tieħu benefiċċji tal-qgħad?

Jekk m'intix tirċievi benefiċċju mill-pajjiż tal-UE li fih spiċċajt bla xogħol u tmur f'pajjiż ieħor tal-UE biex tfittex ix-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali jiddeċiedu b'liema sistema ta' sigurtà soċjali se tkun kopert (kopertura tas-saħħa, benefiċċji tal-familja, eċċ...).

L-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali jiddeterminaw dan bl-għajnuna ta' lista ta' kriterji li jinkludu:

  • tul ta' żmien tas-soġġorn
  • status u rabtiet ta'l-familtja
  • sitwazzjoni ta' domiċilju
  • post tal-aħħar attività professjonali jew ta' bla qligħ
  • natura tal-attività professjonali
  • fejn int resident għal raġunijiet ta' taxxa.

Il-pajjiż responsabbli għas-sigurtà soċjali tiegħek jista' jagħmel l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji li jiddependu fuq għal kemm żmien inti ħallast il-kontribuzzjonijiet. Madankollu, ikollu jqis il-perjodi kollha li int ħdimt jew ħallast il-kontribuzzjonijiet f'pajjiżi oħra tal-UE daqslikieku ilek kopert fil-pajjiż mill-bidu.

Jekk ma jagħmilx dan, ikkuntattja s- servizzi tal-assistenza tagħna biex jgħinuk.

Bħala persuna li tkun għadha tasal fil-pajjiż biex tfittex ix-xogħol, int għandek id-dritt li tgħix f'dak il-pajjiż biex tfittex xogħol sa 6 xhur - u aktar fit-tul, diment li jkollok il-provi li għadek qed tfittex xogħol u li għandek ċans tajjeb li ssib wieħed.

Għaldaqstant kun ċert li żżomm kopji ta':

  • l-applikazzjonijiet tiegħek għax-xogħol
  • kwalunkwe stediniet għal intervisti għal xogħol
  • kwalunkwe risposti oħra li tirċievi

Ir-regoli tal-UE ma jobbligawx lill-pajjiż il-ġdid tiegħek jagħti appoġġ ta' dħul jew xi tip ta' assistenza soċjali oħra lil min qed ifittex xogħol għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż.

Storja bħala eżempju

Ara daqsxejn jekk intix intitolat għal appoġġ finanzjarju bħala xi ħadd li qed ifittex ix-xogħol f'pajjiż ġdid

Björn huwa Ġermaniż u kien qed jirċievi l-benefiċċji tal-qgħad Ġermaniżi tiegħu fil-Belġju. Meta l- formola U2 (dik li qabel kienet il-formola E 303) tiegħu skadiet, Björn iddeċieda li jibqa' l-Belġju u japplika għal appoġġ tad-dħul hemmhekk.

L-awtoritajiet Belġjani ma aċċettawx l-applikazzjoni tiegħu. Skont il-liġi Belġjana, Björn ma kienx intitolat għall-appoġġ tad-dħul fil-Belġju għax qatt ma kien ħadem hemm.

Skont ir-regoli tal-UE għandek dritt awtomatiku għal appoġġ finanzjarju (jew kwalunkwe tip ieħor ta' għajnuna) bħala wieħed li qed ifittex ix-xogħol għall-ewwel darba f'pajjiż ieħor tal-UE. Iżda tista' tkun intitolat skont regoli nazzjonali - dejjem jiswa li tiċċekkja mal-awtoritajiet lokali.

Leġiżlazzjoni tal-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
Qed tfittex xogħol f'pajjiż ieħor?
Ibda billi tfittex hawn - opportunità ta' xogħol
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

Dan huwa l-pajjiż fejn normalment tgħix jew fejn jinsab iċ-

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.