Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - l-Isvezja

Kundizzjonijiet applikabbli

Il-karti għall-parkeġġ jeżentaw biss lid-detenturi mir-regolamenti tat-traffiku tat-toroq lokali li jirregolaw l-ipparkjar. Ir-regolamenti tat-traffiku lokali spiss huma determinati mill-awtorità tad-distrett u indikati b'sinjali tat-toroq.

L-ispazji għall-ipparkjar riżervati b'mod speċjali għal persuni b'diżabilità fiżika bil-karti għall-parkeġġ f'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi huma mmarkati b'simbolu ta' siġġu tar-roti.

F'ċerti distretti l-ipparkjar hu bla ħlas għal dawk li juru l-karta għall-parkeġġ.

Ipparkjar fit-toroq

Jitħalla jsir ipparkjar għal tliet sigħat f'erjas li fihom hu pprojbit l-ipparkjar jew jitħalla li jsir għal perjodi iqsar minn tliet sigħat skont ir-regolamenti tat-traffiku tat-toroq lokali.

  • Jitħalla jsir ipparkjar għal 24 siegħa f'erjas li fihom hu permess l-ipparkjar għal perjodu bejn tliet sigħat u 24 siegħa skont ir-regolamenti tat-traffiku lokali.
  • L-ipparkjar f'żoni riżervati għall-mixi jitħalla jsir sa tliet sigħat.
  • L-ipparkjar jitħalla jsir fi spazji għall-ipparkjar riżervati għal persuni b'diżabilità fiżika b'karta għall-parkeġġ skont ir-regolamenti tat-traffiku lokali. Il-ħin massimu għall-ipparkjar għall-ispazju għall-ipparkjar inkwistjoni jeħtieġlu jkun osservat.
  • Ma tistax tipparkja fi spazji għall-ipparkjar intenzjonati għal skop jew tip ta' vettura speċifika.

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Ir-regolamenti stabbiliti skont l-intestatura ipparkjar fit-toroq hawn fuq japplikaw ukoll għall-parkeġġi pubbliċi għall-karozzi. Il-proprjetarji tal-artijiet jistgħu jippermettu jew jimpedixxu l-ipparkjar kollu tal-karozzi, inklużi nies bil-possess ta' karta għall-parkeġġ.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna