Menu

FAQs - L-Elezzjonijiet Ewropej

Meta se jsiru l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss? Iftaħ Agħlaq

L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss se jsiru f'Mejju 2029. Kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi d-data jew id-dati meta se ssir il-votazzjoni, f’perjodu partikolari.

X’kienu r-riżultati tal-aħħar elezzjonijiet Ewropej? Iftaħ Agħlaq

L-aħħar elezzjonijiet Ewropej saru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024. Tista’ tikkonsulta r-riżultati kollha fis-sit web tal-Parlament Ewropew.

Min jista’ jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej? Iftaħ Agħlaq

Iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-UE. Fl-elezzjonijiet Ewropej ma tistax tivvota f’aktar minn pajjiż wieħed. Jekk ismek ikun fir-reġistru elettorali f’pajjiżek, eż. fl-Awstrija, iżda tixtieq tivvota f’pajjiż ieħor, eż. fil-Ġermanja, jeħtieġlek tesprimi l-intenzjonijiet tiegħek biex tagħmel dan u biex titniżżel fir-reġistru elettorali fil-Ġermanja.

Il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej hija obbligatorja? Iftaħ Agħlaq

Il-votazzjoni hija obbligatorja f’xi pajjiżi. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali.

X’inhi l-età minima tal-votazzjoni nazzjonali għall-elezzjonijiet Ewropej? Iftaħ Agħlaq

Kull pajjiż tal-UE huwa liberu li jistabbilixxi l-età minima tal-vot nazzjonali tiegħu. Bħalissa, hi ta’ 16-il sena fl-Awstrija, il-Ġermanja u Malta, 17-il sena fil-Greċja, u 18-il sena fil-pajjiżi l-oħra kollha. Fil-Belġju, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu japplikaw biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej mill-età ta’ 16-il sena.

Hemm proċeduri speċjali għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra mill-pajjiż li jixtiequ jivvutaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom? Iftaħ Agħlaq

Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jivvutaw minn barra l-pajjiż fl-elezzjonijiet Ewropej. F’xi pajjiżi, il-votanti huma meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet elettorali nazzjonali tagħhom biex ikunu eliġibbli biex jivvutaw minn barra l-pajjiż (bil-posta jew f’ambaxxata jew konsulat) filwaqt li f’oħrajn, il-voti bil-posta jistgħu jsiru fl-ambaxxati jew fil-konsulati.

Jien ċittadin tal-UE li ngħix f’pajjiż ieħor tal-UE. X’inhi l-iskadenza u l-proċedura għar-reġistrazzjoni biex nivvota jew biex noħroġ bħala kandidat? Iftaħ Agħlaq

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż rilevanti.

Nista’ nivvota fl-elezzjonijiet Ewropej kemm fil-pajjiż fejn ngħix kif ukoll fil-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħi? Iftaħ Agħlaq

Le. Trid tagħżel wieħed.

Kull meta jsiru l-elezzjonijiet Ewropej? Iftaħ Agħlaq

Kull 5 snin.

Kemm hemm MPE fil-Parlament Ewropew? Iftaħ Agħlaq

Fl-aħħar elezzjonijiet Ewropej, kien hemm 705 MPE, eletti mis-27 pajjiż tal-UE.

Kemm-il siġġu jiġi allokat għal kull pajjiż tal-UE fil-Parlament Ewropew? Iftaħ Agħlaq

In-numru ta’ siġġijiet għal kull pajjiż iqis il-popolazzjoni f’kull pajjiż tal-UE kif ukoll il-ħtieġa għal livell minimu ta’ rappreżentanza għaċ-ċittadini Ewropej minn pajjiżi iżgħar. In-numru minimu ta’ siġġijiet għal kull pajjiż huwa ta’ 6 u l-massimu huwa ta’ 96.

Jien resident permanenti fil-Belġju, iżda għandi ċittadinanza doppja tal-Finlandja u tan-Netherlands. F’liema elezzjonijiet nista’ nivvota? Iftaħ Agħlaq

Tista’ tivvota għall-kandidati fil-Belġju, fil-Finlandja jew fin-Netherlands – iżda wieħed biss minn dawn. Jekk tagħżel li tivvota għal-lista Finlandiża jew Olandiża, trid tara x’arranġamenti prattiċi trid tagħmel biex tivvota barra mill-pajjiż.

X’jiġri jekk iż-żewġ pajjiżi li għalihom għandi nazzjonalità jkollhom votazzjoni obbligatorja? Iftaħ Agħlaq

Il-liġi tal-UE tipprojbixxi l-votazzjoni aktar minn darba f’elezzjoni Ewropea. Din il-liġi tieħu post il-liġijiet nazzjonali dwar il-votazzjoni obbligatorja, f’każijiet ta’ nazzjonalità doppja. Jiġifieri, l-ebda pajjiż tal-UE ma jista’ jġiegħlek tivvota hemm jekk tkun iddeċidejt li tivvota fil-pajjiż l-ieħor fejn għandek in-nazzjonalità.

Kif nista’ nivvota jekk ngħix f’pajjiż mhux tal-UE? Iftaħ Agħlaq

Jekk tgħix barra mill-UE, normalment tista’ tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE fl-ambaxxata jew il-konsulat ta’ pajjiżek, iżda d-dritt tal-vot tiegħek jiddependi fuq ir-regoli elettorali f’pajjiżek.

Jien Awstrijak li ngħix fil-Ġermanja. Nivvota fl-Awstrija jew fil-Ġermanja, jew nista’ nivvota fiż-żewġ pajjiżi? Iftaħ Agħlaq

Fl-elezzjonijiet Ewropej ma tistax tivvota f’aktar minn pajjiż wieħed. Jekk ismek ikun fir-reġistru elettorali f’pajjiżek, l-Awstrija, iżda tixtieq tivvota fil-Ġermanja, trid tesprimi l-intenzjonijiet tiegħek biex tagħmel dan u biex titniżżel fir-reġistru elettorali fil-Ġermanja.

Min jista’ joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej? Iftaħ Agħlaq

Tista’ toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-UE jekk int ċittadin tal-UE. Tista’ toħroġ bħala kandidat għall-pajjiż ta’ oriġini tiegħek jew, jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, tista’ toħroġ bħala kandidat hemmhekk. Int se tkun soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż.

X’inhi l-proċedura biex wieħed joħroġ bħala kandidat? Iftaħ Agħlaq

Kull pajjiż tal-UE għandu l-proċedura tiegħu stess biex joħroġ bħala kandidat. Jekk tixtieq toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej meta tgħix f’pajjiż tal-UE li m’intix ċittadin tiegħu, trid tippreżenta l-istess dokumenti ta’ sostenn bħall-kandidati li huma ċittadini.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar kif nivvota? Iftaħ Agħlaq

Żur is-sit web tal-Parlament Ewropew. Tista’ tikkuntattja wkoll lil Europe Direct.

L-UE kif tista’ tgħinni jekk ikolli problema dwar id-drittijiet elettorali tiegħi? Iftaħ Agħlaq

Is-servizz Pariri ta’ Your Europe joffri pariri personali dwar drittijietek fl-UE, jiċċara l-liġi tal-UE kif tapplika għas-sitwazzjoni partikolari tiegħek u jidderiġik lejn korp li jista’ joffri aktar assistenza, jekk ikun meħtieġ. Inkella, SOLVIT jista’ jgħin meta awtorità pubblika f’pajjiż ieħor tal-UE ma tirrispettax drittijietek fl-UE. Huma jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità biex jaħdmu magħhom biex isolvu l-problema tiegħek.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 03/04/2025
Ikkondividi din il-paġna