Mistoqsijiet frekwenti - Il-benefiċċji tal-familja
Nista' nitlob il-benefiċċji tal-maternità jekk ġejt nistudja fil-Belġju 6 xhur ilu?
LE - Fil-Belġju, dawk biss li jaħdmu jew li huma impjegati għal rashom huma intitolati
għall-ħlas statutorju tal-maternità jew għall-benefiċċju tal-maternità.
Ngħix fin-Netherlands iżda naħdem fil-Ġermanja fejn għandi dritt li jingħatawli l-benefiċċji tat-tfal. Żewġi jinsab bla xogħol fin-Netherlands - u għandu wkoll dritt għall-benefiċċji tat-tfal skont ir-regoli Olandiżi. Nistgħu ningħataw kemm benefiċċji Ġermaniżi kif ukoll Olandiżi?
LE - għandek tingħata biss il-benefiċċji Ġermaniżi. Jekk għandek dritt għall-benefiċċji
tal-familja f'aktar minn pajjiż wieħed, l-awtoritajiet se jaħdmu min għandu jħallashom;
m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Intitolamenti
bbażati fuq xogħol dejjem jieħdu preċedenza fuq dawk ibbażati fuq pensjonijiet jew
benefiċċji tal-qgħad.
Madankollu, jekk il-benefiċċji Ġermaniżi jirriżultaw li jkunu anqas minn dak li int intitolat għalih fin-Netherlands, l-awtoritajiet tan-Netherlands se jħallsu d-differenza.
Madankollu, jekk il-benefiċċji Ġermaniżi jirriżultaw li jkunu anqas minn dak li int intitolat għalih fin-Netherlands, l-awtoritajiet tan-Netherlands se jħallsu d-differenza.
Jiena Sloven u naqsam il-fruntiera kuljum biex naħdem fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera fl-Awstrija. Marti u jien intitolati għal benefiċċji Awstrijaċi tat-tfal għall-familja tagħna li tgħix is-Slovenja?
Fil-prinċipju, intom intitolati għal benefiċċji Awstrijaċi tat-tfal.
Madankollu, jekk martek intitolata wkoll għall-benefiċċji tal-familja billi hi taħdem fis-Slovenja, l-awtoritajiet se jaħdmu min għandu jħallashom; m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Jekk l-intitolament fiż-żewġ pajjiżi hu bbażat fuq xogħol, tirċievi l-benefiċċji tiegħek mill-pajjiż fejn jgħixu wliedek, jiġifieri s-Slovenja.
Madankollu, jekk il-benefiċċji Sloveni rriżultaw li kienu anqas minn dak li int intitolat għalih fl-Awstrija, l-awtoritajiet Awstrijaċi jħallsu d-differenza.
Madankollu, jekk martek intitolata wkoll għall-benefiċċji tal-familja billi hi taħdem fis-Slovenja, l-awtoritajiet se jaħdmu min għandu jħallashom; m'intomx se tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Jekk l-intitolament fiż-żewġ pajjiżi hu bbażat fuq xogħol, tirċievi l-benefiċċji tiegħek mill-pajjiż fejn jgħixu wliedek, jiġifieri s-Slovenja.
Madankollu, jekk il-benefiċċji Sloveni rriżultaw li kienu anqas minn dak li int intitolat għalih fl-Awstrija, l-awtoritajiet Awstrijaċi jħallsu d-differenza.
Jien Portugiż, ili kollokat biex naħdem fi Franza għal sitt xhur u se nibqa' sena oħra. Nista' ningħata l-benefiċċji tal-familja Franċiżi għat-tifel tiegħi, li twieled xahrejn ilu u jgħix f'Porto?
LE - bħala ħaddiem kollokat, int assigurat bis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek, anke jekk qed taħdem
f'pajjiż barrani. Għandek dritt biss għall-benefiċċji tal-familja Portugiżi.
Jien naħdem fil-Ġermanja, żewġi jaħdem fl-Iżvizzera, u ngħixu ma' wliedna fl-Awstrija. Fejn nistgħu ningħataw il-benefiċċji tat-tfal?
Tistgħu tiksbu l-benefiċċji tat-tfal mill-Iżvizzera jew il-Ġermanja; m'intomx se
tiksbu l-benefiċċji sħaħ minn aktar minn pajjiż wieħed. Jekk l-intitolament fiż-żewġ
pajjiżi hu bbażat fuq xogħol, anke jekk uliedkom jgħixu f'pajjiż ieħor, tirċievu l-benefiċċji
tagħkom ikun liema jkun miż-żewġ pajjiżi fejn taħdmu li jħallas l-aktar.
Naf li żewġi, li jgħix fl-Iżvezja, għadu qed jirċievi l-benefiċċji tat-tfal, anke wara li ddivorzjajna u mort lura f'pajjiżi, l-Estonja. Nista' ningħata l-flus għaż-żewġ uliedna, li jgħixu miegħi?
IVA - ikkuntattja lill- awtorità tal-benefiċċji tal-familja fl-Estonja u itlob biex il-benefiċċji
jitħallsu direttament lilek minflok lil żewġek, billi int il-persuna li fil-fatt qed
tmantni lill-familja.
Jien persuna bla xogħol. Għandi d-dritt għall-benefiċċji tal-familja?
Int intitolat għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li jħallas
il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek, anke jekk il-membri ta' familtek jgħixu f' pajjiż tal-UE ieħor. Jekk int ħaddiem transfruntier bla xogħol tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż fejn tgħix u mhux mill-pajjiż
fejn kont assigurat l-aħħar. F'dan il-każ, il-pajjiż fejn tgħix hu responsabbli wkoll
għall-benefiċċji tal-familja tiegħek. L-intitolament għall-benefiċċji tal-familja
jiddependi mil-leġiżlazzjoni ta' kull pajjiż għalhekk l-aħjar li tistaqsi l- istituzzjoni tas-sigurtà soċjali lokali tiegħek.
Jien pensjonant. Min iħallas il-benefiċċji tal-familja tiegħi?
Bħala pensjonant, normalment tirċievi l-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż li jħallas
il-pensjoni tiegħek, sakemm uliedek jgħixu fl-istess pajjiż. Jekk uliedek jgħixu f'pajjiż
li ma jħallasx il-pensjoni tiegħek u tirċievi pensjoni minn aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, il-pajjiż fejn ħallast l-assigurazzjoni għall-itwal perjodu ta' żmien hu kompetenti
biex jipprovdik bil-benefiċċji tal-familja.
Jien naħdem f' pajjiż tal-UE. Marti tgħix/żewġi jgħix ma' wliedna f'pajjiż ieħor tal-UE, fejn t/jaħdem ukoll. Liema benefiċċji tal-familja se nirċievu?
Jekk il-ġenituri jaħdmu f'żewġ pajjiżi differenti tal-UE u t-tfal jgħixu f'wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn jgħixu l-ulied
hu responsabbli għall-benefiċċji tal-familja tiegħek. Id-dritt għall-benefiċċji tal-familja
fil-pajjiż fejn taħdem jiġi sospiż sal-ammont tal-benefiċċji pprovduti mill-pajjiż
fejn martek taħdem/żewġek jaħdem u fejn jgħixu wliedek. Jekk l-ammont tal-benefiċċji
tal-familja mħallsa mill-pajjiż fejn martek taħdem/żewġek jaħdem u fejn jgħixu wliedek
hu inqas fil-pajjiż fejn taħdem int, titħallas id-differenza b'żieda mħallsa mill-pajjiż
fejn taħdem.
Fejn nitlob il-benefiċċji tiegħi jekk il-membri ta' familti jgħixu f' pajjiżi differenti tal-UE?
Ġeneralment int intitolat għall-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż fejn taħdem jew
fejn tinsab bla xogħol. Għandek tissottometti t-talba lill-istituzzjoni kompetenti
hemmhekk, meta neċessarju permezz ta' min iħaddmek. Dik l-istituzzjoni tikkuntattja
lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż fejn jgħixu l-membri ta' familtek biex iġibu l-informazzjoni
dwar il-kompożizzjoni tal-familja (l-għadd ta' membri tal-familja, l-età tagħhom,
l-indirizz, eċċ.). Jekk il-pajjiż fejn taħdem mhuwiex responsabbli għall-benefiċċji
tiegħek skont ir-"regoli ta' prijorità", l-istituzzjoni tibgħat it-talba tiegħek lill-istituzzjoni
tal-pajjiż li hu attwalment kompetenti biex jittratta t-talba tiegħek daqslikieku
ssottomettejtha hemmhekk.
Jien intitolat għall-benefiċċji tal-familja għall-istess membru tal-familja u fuq l-istess perjodu ta' żmien f'żewġ pajjiżi. Nista' nirċievi l-benefiċċji miż-żewġ pajjiżi?
LE– ma tistax tirċievi l-benefiċċji tal-familja darbtejn għall-istess perjodu ta' żmien
għall-istess membru tal-familja. Jeżistu "regoli ta' prijorità" f'każijiet ta' drittijiet
li jikkoinċidu. Skont dawn ir-regoli, id-dritt għall-benefiċċji tal-familja f'wieħed
minn dawn il-pajjiżi jiġi sospiż. Madankollu, din is-sospensjoni mhi qatt totali:
il-benefiċċji dovuti minn pajjiż wieħed jiġu sospiżi sal-ammont tal-benefiċċji dovuti
skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li għandu prijorità. Dan ifisser li jekk l-ammont
tal-benefiċċju tal-familja "sospiż" hu ogħla mill-benefiċċju pprovdut mill-pajjiż
li għandu prijorità, il-pajjiż bl-ogħla benefiċċji jkollu jħallas żieda li tikkorrispondi
għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.
L-aħħar verifika: 15/04/2024