Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - l-Italja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'linja safra u b'simbolu tas-siġġu tar-roti. Tipparkjax jekk hemm immarkat sinjal speċifiku b'numru li jidentifika l-permess tal-persuna awtorizzata li tużah.

Ipparkjar fit-toroq

Tista' tipparkja fit-toroq li fihom ipprojbit li jsir l-ipparkjar iżda biss f'emerġenza u biss jekk int ma tikkawżax ostruzzjoni.

Fil-parti l-kbira tal-erjas li fihom meħtieġ il-ħlas ma għandekx tħallas biex tipparkja - Iċċekkja lokalment

Tista' tipparkja mingħajr limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas anke jekk ristrett bil-ħin.

Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi jew f'żoni ZTL (erjas għall-traffiku limitat) sakemm il-konċessjonijiet lokali ma jippermettux b'mod speċifiku li jsir dan - Iċċekkja lokalment

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Mill-anqas 1 minn kull 50 spazju fil-parkeġġi pubbliċi għall-karozzi hu mmarkat għall-użu minn vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ. Il-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ jistgħu jiġu pparkjati f'dawn l-ispazji bla ħlas u bla limitu ta' ħin.

Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna