Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - id-Danimarka

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Ipparkjar fit-toroq

Il-limiti ta' żmien li ġejjin japplikaw f'bosta erjas għall-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ:

  • Fejn l-ipparkjar hu pprojbit tista' tipparkja għal 15-il minuta, iżda dan biss jekk ma tkunx qed tikkawża ostruzzjoni
  • Fejn l-ipparkjar hu limitat għal 15-30 minuta, tista' tipparkja sa siegħa
  • Fejn l-ipparkjar hu bla ħlas iżda limitat għal siegħa, sagħtejn jew tliet sigħat, tista' tipparkja għal ħin mingħajr limitu. Sakemm ma jkunx indikat il-ħin limitat fuq is-sinjal bis-simbolu tas-siġġu tar-roti
  • Fejn titħallas tariffa għall-ipparkjar fit-toroq, tista' titħalla tipparkja mingħajr limitu ta' ħin, jekk tħallas għall-ħin massimu awtorizzat hekk kif tasal - iċċekkja lokalment

Issuqx jew tipparkjax fiż-żoni riżervati għall-mixi sakemm dan mhux awtorizzat b'mod speċifiku minn konċessjonijiet lokali - iċċekkja lokalment

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Il-parkeġġi għall-karozzi ġeneralment ma joffru ebda konċessjoni lill-vetturi li juru l-karta tal-parkeġġ.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna