Menu

Regoli biex wieħed idaħħal flus kontanti fl-UE u joħroġhom minnha u jivvjaġġa bi flus kontanti fl-UE

Regoli għall-ivvjaġġar bi flus kontanti bejn il-pajjiżi tal-UE

Peress li m’hemmx regoli għall-UE kollha dwar l-ivvjaġġar bi flus kontanti bejn il-pajjiżi tal-UE, għandek dejjem tiċċekkja qabel ma tivvjaġġa mal-awtoritajiet doganali en lokali fil-pajjiż tat-tluq u tal-wasla kif ukoll ma’ kwalunkwe pajjiż li tgħaddi minnu.

Regoli għall-ivvjaġġar bi flus kontanti meta tidħol jew toħroġ mill-UE

Jekk qed tippjana li tidħol jew toħroġ mill-UE b’€10,000 fi flus kontanti (jew l-ekwivalenti tagħhom f’muniti oħra) jew iġġorr waħda jew aktar mill-komoditajiet elenkati hawn taħt (għall-valur ta’ €10,000) trid tiddikjaraha lill-awtoritajiet doganali fil-pajjiż tal-UE li tkun dieħel fih jew ħiereġ minnu, billi tuża l-formola tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti tal-UE . Ir-regoli tal-UE jiddefinixxu l-flus kontanti bħala:

  • karti tal-flus u muniti (inkluża munita li m’għadhiex fiċ-ċirkolazzjoni iżda aċċettata għall-kambju mill-banek)
  • strumenti negozjabbli għall-portatur (jiġifieri ċekkijiet u ċekkijiet tal-vjaġġatur, ċedoli jew money orders iffirmati iżda mingħajr benefiċjarju msemmi)
  • muniti b’kontenut tad-deheb ta’ mill-inqas 90%;
  • metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99.5%.

Obbligu li tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ flus kontanti u penali għan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni

Jekk ma tissottomettix dikjarazzjoni ta’ flus kontanti jew id-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti ma tkunx korretta jew kompluta, tkun soġġett għal penali. Kun af li l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kontrolli individwali kif ukoll kontrolli fuq il-bagalji u/jew il-vettura tiegħek. L-awtoritajiet doganali se jintervjenu wkoll fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma marbuta ma’ attivita kriminali anki jekk l-ammont ikun taħt il-limitu ta’ €10,000.

Twissija

L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu wkoll dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni ta’ flus kontanti jekk flus kontanti b’valur ta’ €10,000 jew aktar (dan jinkludi l-entrati definiti bħala flus kontanti fil-lista ta’ hawn fuq) ikunu deħlin jew ħerġin mill-UE bil-posta, bil-merkanzija jew bil-courier. F’dan il-każ, l-ispeditur jew ir-riċevitur jew ir-rappreżentant(i) tagħhom għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni fi żmien 30 jum minn talba mill-awtoritajiet doganali.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 20/06/2024
Ikkondividi din il-paġna