Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - l-Awstrija

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet ta' parkeġġ riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti (sinjal tat-traffiku u/jew marki stradali). Tipparkjax jekk l-ispazju jkun immarkat b'numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura.

Ipparkjar fit-toroq

Tipparkjax fit-toroq fejn huma pprojbiti l-waqfien u l-ipparkjar (hu permess il-waqfien biex tidħol jew toħroġ mill-vettura).

Fil-parti l-kbira tal-erjas tista' tipparkja bla ħlas inkella jkun meħtieġ il-ħlas - Iċċekkja lokalment

Tista' tipparkja mingħajr limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu ristrett bil-ħin.

Tista' ssuq jew tipparkja f'żoni riżervati għall-mixi, iżda biss matul il-ħinijiet tal-aċċess għall-vetturi li jqassmu x-xogħol speċifikament stabbiliti mill-awtorità - Iċċekkja lokalment

Ipparkjar f'parkeġġi tal-karozzi

Parkeġġi pubbliċi tal-karozzi ġeneralment ma joffru ebda konċessjoni lill-vetturi li juru l-karta tal-parkeġġ.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna