Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Pagamenti, trasferimenti u ċekkijiet

Se jiswieli aktar li niġbed flus minn ATM f'pajjiż Ewropew ieħor milli kieku nagħmel dan f'pajjiżi? Iftaħ Agħlaq

LE - Il-banek ma għandhomx iżommulek aktar għall-ġbid tranfruntier f'euro milli kieku kienet tranżazzjoni nazzjonali tal-istess valur f'euro.

Hemm prezz standard fl-UE għall-kambju tal-munita lejn u minn euro? Iftaħ Agħlaq

LE - Il-liġi tal-UE ma tistabbilixxix prezzijiet li jridu jiġu applikati għall-kambju tal-munita - din hi dejjem deċiżjoni kummerċjali li tittieħed mill-fornituri tas-servizz ta' pagament.

Hemm limitu fuq kemm bank jista' jġiegħlek tħallas għal tranżazzjoni ta' pagament transfruntier? Iftaħ Agħlaq

IVA - Il-bank tiegħek għandu jġiegħlek tħallas l-istess rata għall-pagamenti f'euro fl-UE kollha kif iġiegħlek tħallas għal tranżazzjonijiet nazzjonali ekwivalenti. Din ir-regola tapplika wkoll għall-banek ibbażati fl-UE iżda mhux fiż-żona tal-euro.

Nista' nuża l-kard ta' debitu tiegħi f'pajjiż ieħor tal-UE taħt l-istess kundizzjonijiet bħal f'pajjiżi u bla ma nġarrab spejjeż addizzjonali? Iftaħ Agħlaq

IVA - ir-regoli tal-UE japplikaw għat-tipi kollha ta' pagamenti bil-kard (pagament permezz ta' kard ta' debitu, debitu differit u kard ta' kreditu). Għandek tħallas l-istess prezz għat-tranżazzjoni daqslikieku kont qed tuża l-kard tiegħek f'pajjiżek. Barra minn hekk, il-bank ma jistax jitlob prezz addizzjonali (pereżempju miżati annwali jew tariffi ta' darba) jekk tuża l-kard f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 19/11/2025
Ikkondividi din il-paġna