Menu

Mistoqsijiet frekwenti - Konjugi u tfal mhux mill-UE

Jekk immur f'pajjiż ieħor tal-UE biex naħdem għal xahar, marti li mhix mill-UE, li se tkun miegħi, jeħtiġilha li ssegwi kwalunkwe formalitajiet? Open Agħlaq

LE - Biex tgħix miegħek hemm għal anqas minn 3 xhur, ma għandhiex bżonn tirreġistra mal-awtoritajiet, għalkemm jistgħu jitolbuha tirrapporta l-preżenza tagħha. Madankollu, hi għandha ġġorr il-passaport validu fuqha l-ħin kollu - dan hu suffiċjenti biex jagħtiha d-dritt ta' residenza.

Jien ċittadina Griega, li ngħix u naħdem fil-Ġermanja. Żewġi Tuneżin dalwaqt se jingħaqad miegħi. Se jkollna d-dritt li ngħixu u naħdmu fil-Ġermanja? Open Agħlaq

IVA - Bħala membru ta' familtek, żewġek għandu dritt li jgħix fil-Ġermanja u li jsib impjieg jew jaħdem għal rasu hemm.

Jien u marti ċittadini Kolombjani residenti fil-Belġju. Bintna ż-żgħira twieldet il-Belġju u hi ċittadina Belġjana. Nistgħu nibbażaw fuq id-drittijiet tagħha bħala ċittadina tal-UE biex ngħixu u naħdmu fil-Belġju? Open Agħlaq

IVA - Billi intom tagħtu l-kura primarja lil bintkom, li hi ċittadina tal-UE, għandkom id-dritt li tgħixu u taħdmu fil-Belġju - bil-kundizzjoni li jekk ma jingħatalkomx dan id-dritt iġiegħel lill-familja kollha tħalli l-UE.

Jien u marti Ċiniżi iżda t-tifel tagħna, bl-età ta' 7 snin, twieled fl-Irlanda u hu ċittadin Irlandiż. Nistgħu nistrieħu fuq id-dritt tiegħu tal-moviment liberu fi ħdan l-UE u mmorru ngħixu l-Ġermanja bħala familja? Open Agħlaq

IVA bħala ġenituri intom responsabbli għat-tifel tagħkom u tistgħu tiddeċiedu li hu fl-aħjar interess tiegħu, pereżempju għat-trobbija u l-edukazzjoni tiegħu biex tiċċaqilqu lejn il-Ġermanja, u tmorru toqogħdu hemmhekk miegħu. Madankollu, biex tgħixu l-Ġermanja, tridu turu li l-familja għandha biżżejjed riżorsi biex ma tkunx ta' piż fuq is-sistema tal-assistenza soċjali Ġermaniża u polza ta' assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva.

Jien Brażiljana u l-familja kollha tagħna ġiet Franza fejn żewġi li hu Portugiż kien qed jaħdem. Iddivorzjajna eżatt wara l-wasla tagħna fi Franza. Għadni nżomm id-dritt ta' residenza fi Franza jekk għandi l-kustodja tat-tifel tagħna ta' sitt snin? Open Agħlaq

IVA - Iżżomm id-dritt li tgħix fi Franza, il-pajjiż ta' residenza tat-tifel, sakemm ikollok il-kustodja tiegħu bi ftehim ma' żewġek jew b'ordni tal-qorti. L-istess japplika jekk il-missier jingħata l-kustodja, iżda għandek id-dritt ta' aċċess għal ibnek u l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-aċċess għat-tifel għandu jkun fi Franza.

Żewġi li kien Ġermaniż miet u jien bħala Niġerjana, ma għextx miegħu fi Spanja żmien biżżejjed qabel mewtu biex inkun nista' nakkwista residenza permanenti hemmhekk. Madankollu, bintna (ukoll Niġerjana) qed tattendi skola Spanjola. Issa jeħtiġilna nħallu Spanja? Open Agħlaq

LE - Mewt żewġek ma għandhiex taffettwa d-dritt ta' residenza ta' bintek sakemm tkun ilek tgħix fi Spanja għal mill-anqas sena qabel mewtu. Din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk it-tifla tiegħek tattendi skola fi Spanja.

Jien sejra xahar l-Olanda għal kors ta' lingwa. Marti li hi tal-istess sess bħali, li mhix mill-UE, li żżewwiġtha fil-Belġju, ġejja miegħi. Nixtieq nistaqsi jekk hux se jkun jeħtiġilha tgħaddi minn xi formalitajiet? Open Agħlaq

LE – Fl-Olanda tiġi trattata bl-istess mod bħal kull konjugu ieħor.

Jekk ser iddum hemm anqas minn 3 xhur, kulma jeħtiġilha hu passaport validu (għalkemm għandu mnejn ikun jeħtiġilha viża, dan jiddependi minn liema pajjiż ġejja minnu).

Għandu mnejn ikun jeħtiġilha li tirrapporta l-preżenza tagħha fil-pajjiż u għandha ġġorr il-ħin kollu fuqha l-passaport tagħha.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 19/06/2023
Ikkondividi din il-paġna