Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - is-Slovenja

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għall-nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Ipparkjar fit-toroq

  • Tista' tipparkja għal sagħtejn fit-toroq li fihom ipprojbit li jsir l-ipparkjar iżda biss jekk int ma tikkawżax ostruzzjoni.
  • Jeħtieġlek tħallas biex tipparkja f'toroq li fihom meħtieġ il-ħlas u li tirrispetta l-limitu ta' ħin
  • Fejn titħalla tipparkja fuq il-bankini, trid tiżgura li tal-anqas 1.6 m hu disponibbli għal min ikun miexi - Iċċekkja lokalment

Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Xi parkeġġi għall-karozzi jippermettu vetturi li juru l-karta li jipparkjaw bla ħlas.

Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna