Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - is-Slovakkja
Kundizzjonijiet applikabbli
F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti. Jitħalla jsir użu ta' erjas ristretti għall-ipparkjar għal vetturi mmarkati bis-simbolu bin-numru O1. Tipparkjax jekk l-ispazju jkun immarkat b'numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura.
Ipparkjar fit-toroq
Is-sewwieq ta' vettura li ġġorr persuna b'diżabilità serja li jkollha tiddependi fuq trasport individwali, immarkat bis-simbolu bin-numru O1 mhux obbligat li jaderixxi mal-projbizzjonijiet tal-ipparkjar, bil-kundizzjoni li s-sewwieq ma jostakolax it-traffiku li jkun għaddej.
Vettura bl-immarkar tas-simbolu bin-numru O1 tista' tinjora s-sinjali li ġejjin:
"Ħlief għal Kunsinni",
"Kunsinni biss"
"Ħlief għas-Servizzi ta' Trasport"
"Servizzi ta' Trasport".
Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi
Xi parkeġġi għall-karozzi jippermettu li l-vetturi li juru l-karta għall-ipparkjar jipparkjaw bla ħlas jew b'tariffa mnaqqsa.
Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.