Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - il-Litwanja
Kundizzjonijiet applikabbli
F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.
Ipparkjar fit-toroq
Tista' tipparkja fit-toroq li fihom ipprojbit li jsir l-ipparkjar iżda biss jekk int ma tikkawżax ostruzzjoni.
Tista' tipparkja bla ħlas u bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom hu meħtieġ il-ħlas, iżda fi spazji mmarkati b'simbolu ta' siġġu tar-roti.
Tista' tipparkja mingħajr limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas iżda ristrett bil-ħin.
Tista' ssuq f'żona li fiha hu pprojbit it-traffiku.
Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi
Xi parkeġġi għall-karozzi jippermettu l-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ sabiex jipparkjaw bla ħlas, iżda biss f'kaxxi għall-ipparkjar għal nies b'diżabilità. Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent