Menu

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità - il-Portugall

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, il-postijiet għall-ipparkjar riżervati għal nies b'diżabilità huma mmarkati b'simbolu ta' siġġu tar-roti jew b'simbolu ta' mara tqila b'tarbija f'idejha.

Ipparkjar fit-toroq

Tipparkjax f'toroq li fihom l-ipparkjar hu pprojbit sakemm ma tkunx neċessità assoluta u biss jekk dan hu għal ħin qasir u ma jostakolax vetturi jew nies mixjin.

  • Jeħtieġlek tħallas biex tipparkja f'toroq li fihom meħtieġ il-ħlas u jeħtieġlek li ma taqbiżx il-ħin imħallas.
  • Ma tistax taqbeż il-limiti tal-ħin f'toroq li fihom japplikaw restrizzjonijiet ta' ħin
  • Il-postijiet għall-ipparkjar li jinsabu viċin tar-residenzi ta' persuni b'diżabilitajiet jistgħu jiġu riżervati - Iċċekkja lokalment

Issuqx jew tipparkjax f'żoni riżervati għall-mixi

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Il-parkeġġi għall-karozzi ġeneralment ma joffrux konċessjonijiet lill-vetturi li juru l-karta għall-parkeġġ għal persuni b'diżabilità.

Xi awtoritajiet lokali jistabbilixxu post għall-ipparkjar riżervat fir-residenza ta' persuna b'diżabilità.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/04/2022
Ikkondividi din il-paġna